Impjieg
Tradutturi freelance
finetext hija kumpanija speċjalizzata f’servizzi tat-traduzzjoni ta’ kwalità superjuri f’diversi speċjalizzazzjonijiet u kombinazzjonijiet ta’ lingwi. Minħabba li l-klijenti tagħna jistennew-traduzzjoni superjuri bħal ma dejjem provdejna, jiġu mfittxija kontinwament:
Tradutturi freelance, lingwisti u qarrejja tal-provi
X’nistennew minnkom:
- Kwalifikazzjonijiet relevantii
- Numru ta’snin esperjenzag
- Dawk li jitkellmu l-lingwa bħala lsien nattiv biss
Esperjenza professjonali
finetext hija awtorizzata uffiċċjalment mill-Kamra tal-Kummerċ tal-Belt ta’ Hamburg għar-reklutaġġ ta’ min qed jitħarreġ. B’hekk, finetext tintroduċi t-tema kumplessa tal-lingwi lill-ġenerazzjoni li jmiss, biex dawn ukoll jibbenefikaw mill-esperjenza li ksibna matul is-snin.
L-opportunità ta’ esperjenza professjonali tiġi offruta madwar is-sena kollha lil żagħżagħ interessati u motivati, għal perjodu ta’ żmien, minn xagħrejn sa sitt xhur. Din isservihom bħala taħriġ prattiku. Dawn jassistu fix-xogħol ta’ kuljum, kemm fid-dipartimenti tat-traduzzjoni u l-editjar, kif ukoll f’dak ta’ l-IT.
X’nistennew minnkom:
Tradutturi u edituri prospettivi għandhom ikunu/jkollhom:
- Studenti tal-lingwi u l-lingwistika (tal-lingwa Ingliża u tal-letteratura, tal-Ġermaniż u lingwi oħra)
- Kompetenza eċċellenti f’lingwa waħda jew ta’ numru ta’ lingwi barranin (kunfidenti f’diskussjonijiet ta’negozju)
- Kompetenza bażika fil-kompjuter
Għal speċjalisti prospettivi ta’ l-IT:
- Għarfien komprensiv fl-oqsma ta’ l- HTML, PHP, MySQL u Javascript
- Know-how bażika fl-amministrazzjoni tan-netwerks hija ta’ benefiċċju
- Għarfien ta’ programmazzjoni object oriented hija ta’ vantaġġ
Jekk jogħġbok ibgħat l-applikazzjoni tiegħek lill- :
finetext GmbH
Auguste-Baur-Straße 13
22587 Hamburg-Blankenese/Germany
Jew bil-posta elettronika lill-:


