Ix-xogħol ta’ l-Editur

Dan mhux xogħol addattat għal nies li jridu jaħdmu mid-9 sal-5 jew li huma bla passjoni għall-letteratura. L-edituri għandhom ikollhom entużjażmu kbir għall-letteratura u interess ġenwin u jikkontrollaw is-suq kontinwament.

Għall-awtur, l-editur huwa kritiku konfidenti u l-ewwel qarrej tax-xogħol tiegħu. L-editur għandu wkoll iqabbel l-interess ta’ l-awtur ma’ dak tal-pubblikatur – wara kollox, kumpaniji tal-pubblikazzjoni huma llum il-ġurnata, familjari ma’ kunċetti tal-marketing.

Ħafna drabi jiġri li l-pubblikaturi ma jiddeċiedux dwar proġetti tal-pubblikazzjoni fuq bażi ta’ l-esperjenza tagħhom biss. Iżda dawn jaħdmu ma’ edituri differenti li jispeċjalizzaw f’oqsma speċifiċi, jagħtu pariri u suġġerimenti lill-pubblikatur. Dan l-iżvilupp affettwa l-profil tal-professjoni ta’ l-editur—barra milli jaħdmu b’testi, ix-xogħol tagħhom jinkludi maniġment tal-proġetti, il-produzzjoni u ghostwriting. Illum l-edituri ma jaħdmux bil-kotba biss, iżda anke b’ CD-ROMs, websajts u dejtabejżis. Aspett ieħor importanti hu l-fatt li qed jonqsu l-kuntratti regolari ta’ l-impjieg offruti mill-kumpaniji lill-edituri. Minħabba bidla fi strutturi korporattivi n-numru ta’ edituri li jaħdmu fuq bażi freelance qiegħed dejjem jiżdied.

Il-ktieb huwa addattat għall-programm tal-pubblikazzjoni?

Uħud mill-mistoqsijiet li edituri jistaqsu waqt li jagħżlu manuskritt huma dawn li ġejjin: Huwa s-suġġett tal-ktieb addattat mall-programm tal-pubblikazzjoni? Huwa possibbli li l-proġett jiġi integrat fl-iskeda tal-programm? Huwa t-test perfett fil-kontenut u l-lingwa/stil tiegħu? L-edituri jissuperviżjaw proġetti tal-kotba mill-bidu tat-tfassil tal-kunċett, sa’ meta l-ktieb ikun lest u mibjugħ.

Dan il-proċess jirrikjedi diversi attivitajiet u bżonnijiet differenti. F’ kumpanija tal-pubblikazzjoni żgħira bi programm versatili, l-assenjazzjoni tax-xogħol ikun differenti minn fil-każ ta’ pubblikatur xjentifiku, ta’ xi negozju speċifiku jew dak ewlieni. It-titlu ta’ editur ġieli jingħata anke lil xjentisti żgħażagħ li jiġu assenjati xogħol relatat mal-lingwa u kultura f’Università barranija.

Jien tajjeb/a għal dan ix-xogħol?

Il-kandidati li ġejjin huma ġeneralment addattati għal dan ix-xogħol:

L-ebda standard ta’ taħriġ speċifiku

Ma jeżisti l-ebda taħriġ jew kors universitarju għall-edituri. Iżda lawrja, għarfien ġenerali u kompetenza fl-Ingliż huwa llum il-ġurnata essenzjali. Skond l-esperti tal-kumpanija Aufbau-Verlag ibbażata f’Berlin, kors universitarju f’dixxiplina filoloġika – għallanqas bħala erja sekondarja - hija rrikmandata.

Vantaġġ ieħor huwa għarfien tekniku fil-qasam ta’ typesetting, reprografija u tipografija, kif ukoll kompetenza fl-użu tal-kompjuter.

Affinità profonda fl-arti u l-kultura hija meħtieġa sabiex persuna tkun tista tassisti fil-bidu ta’ opra ta’ l-arti. Kompetenza fl-Ingliż, per eżempu, tkun ta’ għajnuna għall-editur biex jagħmel stima ta’ jekk manuskritt għandux jiġi tradott. Għarfien ġenerali wiesgħa huwa indispensabbli għall-assigurazzjoni ta’ jekk ir-“realtajiet” ta’ l-istorja humiex veri jew għad-ditezzjoni tan-nuqqas potenzjali tal-loġika.

L-edituri għandhom jaħdmu bir-reqqa

Huwa ta’ importanza kbira li editur jaħdem bir-reqqa. Il-verifikazzjoni tal-kontenut, jiġifieri d-dikjarazzjonijiet fattwali, figuri u fatti, reviżjoni tal-lingwa u stil, l-assigurazzjoni li l-kitba hija konsistenti u l-iċċekkjar tal-kwotazzjonijiet huwa parti mix-xogħol tiegħu. Aspetti legali u formali għandhom jiġu ċċekkjati. Dan jinkludi l-ħarsa lejn id-drittijiet tat-testi minn sorsi esterni, id-drittijiet ta’ stampar mill-ġdid tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni, relatati ma’ llustrazzjonijiet li l-pubblikaturi jrid jinkludi fil-ħruġ ta’ drittijiet ta’ l-awtur, kif ukoll editjar tal-bibljografija, noti u indiċi.

Ix-xogħol fuq il-manuskritti huwa magħmul b’kooperazzjoni ma’ l-awtur. Dan għaliex l-assistenza u l-iggwidar ta’ l-awtur huma l-aktar fatturi importanti għas-suċċess ta’ proġett tal-ktieb. Din l-assistenza hija provduta forma ta’ suġġerimenti relatati ma’ temi speċifiċi u pariri rigward l-iżvilupp ta’ stil, kontenut, kummerċjalizzazjoni ta’ testi. Meta manuskritt ikun ġie editjat, dan jiġi ċċekkjat għal miżuri tajbin minn espert ieħor fl-istess qasam.

Kuntatti ma’ l-awtur, aġenziji, kumpaniji tal-pubblikazzjoni u ġurnali

L-edituri mhux biss iżommu kuntatt ma’ l-awtur, iżda anke ma’ aġenziji, kumpaniji oħra tal-pubblikazzjoni u ġurnali literarji. Għal dan il-għan jeħtieġu għarfien tajjeb u fehim tas-suq literarju u relazzjonijiet pubbliċi, konoxxenza tal-marketing u kompetenza komunikattiva. It-tfittix ta’ awturi ġodda hija ta’ importanza kbira fix-xogħol ta’ l-editur.

It-tip ta’ kwalifikazzjoni li editur għandu jikseb tiddependi mmens fuq min ser iħaddmu fil-futur. Dan minħabba li pubblikaturi tal-kotba, pubblikaturi awdjo u instituzzjonijiet tal-midja oħra għandhom ħtiġijiet different. L-għażla bejn studju ta’ dixxiplina filoloġika, studju kulturali jew kors ieħor ta’ studju, tiddependi fuq il-qasam ta’ l-attività tal-kumpanija li wieħed jixtieq jaħdem magħha u l-isfond ta’ edukazzjoni mistennija f’dan il-kuntest.

X’tip ta’ edukazzjoni avvanzata teżisti u fejn?

Min għandu l-intensjoni li jaħdem bħala editur għandu jattendi l-Università. Jeżistu diversi korsijiet ta’ edukazzjoni avvanzata b’iffokar fuq temi bħal xogħol ta’ manuskritti, tfittix ta’ titli ideali, reviżjoni ta’ traduzzjonijiet, midja ġdida għall-edituri, kritika literarja jew editjar fuq bażi freelance. Dawn il-korsijiet huma offruti minn instituzzjonijiet bħal l-“Akademie des Deutschen Buchhandels GbR“ fil-Belt ta’ Munich u l-Media Academy f’Berlin. Il-fornituri ewlenin ta’ l-opportunitajiet ta’ l-impjieg huma kumpaniji tal-pubblikazzjoni u l-pubblikaturi ta’ kotba awdjo.

Traduzzjonijiet

Servizz Express

Mistoqsijiet u Prezzijiet

Referenzi

Fil-Qasir

L-istampa Distributuri

Bla Kliem

Dwarna Impjieg Relazzjonijiet ma’ l-Investitur Termini u kondizzjonijiet generali Kuntatt
deutsch français italiano español english polski pyccкий brasil 中文 malti