Ix-xogħol tat-tradutturi u l-interpeti

Kull meta politikant ikollu żjara mill-kap ta’ l-istat ta’ pajjiż ieħor ikun dejjem akkompanjat minn persuna li ma tidhirx. L-interpretu, bla ma tingħata attenzjoni fuqu, jitraduċi simultanjament bil-fomm il-messaġġ tal-kelliem.

Interpreti u tradutturi huma esperti fit-traduzzjoni ta’ kliem bil-fomm jew miktuba f’lingwa oħra. Permezz tagħhom il-komunikazzjoni bejn klijenti u sħab fin-negozju li ma jitkellmux l-istess lingwa issir possibbli. Fil-passat, l-aktar importanti kienet it-traduzzjoni tal-letteratura f’lingwa oħra.

Fid-dinja globalizzata tal-lum, il-provvista ta’ numru kbir ta’ servizzi huwa possibbli biss permezz ta’ tim sħiħ ta’ tradutturi. Mingħajr il-konoxxenza esperta u l-kompetenza lingwistika ta’ l-interpreti u t-tradutturi jkun hemm nuqqas ta’ ftehim kemm fl-ekonomika, fitt-teknoloġija, fir-relazzjonijiet internazzjonali legali jew, bħal ma ġara fil-passat, fil-letteratura internazzjonali.

Opportunitajiet tajbin għal dawk li jagħmlu xogħol tajjeb

Illum il-ġurnata traduttur jirrikjedi ħafna aktar minn kompetenza tajba fil-lingwa. Uħud mill-karatteristiċi ta’ traduttur tajjeb huma l-kompetenza teknika, l-għarfien ta’ IT, know-how ta’ maniġment bażiku tan-negozju, soft skills, inkluż l-abilità li jaħdem f’tim u f’sitwazzjonijiet ta’ tensjoni.
Dawn l-ispeċifikazzjonijiet huma provduti f’memorandum mit-Transforum, grupp tax-xogħol indipendenti li l-membri tiegħu qed jippruvaw jippromovu t-trasferiment ta’ l-għarfien bejn it-taħriġ u l-prattika fis-sengħa tat-traduzzjoni.

Tradutturi tajbin ikunu offruti iktar xogħol milli jistgħu jagħmlu filwaqt li tradutturi mhux kompetenti ma jkollhomx wisq x’jagħmlu. L-avvanz fil-globalizzazzjoni ekonomika ġab miegħu bżonn ta’ aktar tradutturi u interpreti, anke f’lingwi eżotiċi. Importanti huwa iżda li taqbad sew fis-suq u li żżomm ruħek aġġornat ma’ żviluppi ġodda.

Jien addatat/a għal dan ix-xogħol?

Tradutturi u interpreti mhux biss jeħtieġu għarfien eċċellenti tal-lingwi barranin li jaħdmu bihom, iżda għandhom ikunu familjari wkoll mal-kulturi u l-istorja tal-pajjiżi fejn dawn il-lingwi huma mitkellma. Għandhom ikunu jafu jikkomunikaw f’dawn il-pajjiżi. Prerekwiżiti oħra għal suċċess fil-karriera bħala interpretu jew bħala tradutturi huma edukazzjoni tajba, għarfien eċċellenti ta’ l-ilsien nattiv u ta’ lingwa barranija, sensibilizzazzjoni għall-kuntest kulturali ta’ pajjiżi oħra, konoxxenza speċjalizzata profonda u l-abilità tal-komunikazzjoni ta’ testi speċjalizzati f’lingwa oħra. Indispensabbli wkoll hija l-konoxxenza metodika għal soluzzjoni faċli ta’ problemi tipiċi li wieħed jintaqa magħhom waqt it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni. Minħabba li interpreti u tradutturi jaħdmu primarjament fuq bażi freelance, jeħtieġu wkoll il-perseverenza meħtieġa għas-suċċess fis-suq.

Il-kandidati li ġejjin huma idealment addatati għal dan ix-xogħol:

X’kompetenzi huma mistennija mit-tradutturi u l-interpreti?

Waqt li x-xogħol ta’ l-interpreti huwa t-traduzzjoni bil-fomm tad-diskors, it-tradutturi huma responsabbli għar-riproduzzjoni ta’ testi miktuba f’lingwa oħra. L-interpreti jaħdmu f’laqgħat u konferenzi, jitraduċu d-diskors waqt negozjati kummerċjali jew quddiem il-qorti u anke jitilgħu fuq il-palk ma’ politikanti jew persuni important. L-interpreti huma, ħafna drabi, responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ tim sħiħ, inkluż it-teknoloġija korrespondenti għall-konferenza. F’din is-sitwazzjoni, huwa importanti li wieħed ikollu dehra u manjieri soffistikati, kif ukoll għarfien ġenerali wiesgħa. L-interpretu għandu jipprepara ruħu sew qabel l-avveniment sabiex isir familjari mas-suġġett. Dan isir permezz ta’ qari tad-dokumenti relevanti u laqgħat minn qabel. Fix-xogħol tiegħu, l-interpretu juża r-riżorsi mentali tiegħu, jiġifieri l-għarfien maħżun f’moħħu. Dan mhuwiex kompitu faċli – l-interpretu għandu xogħol iebes għax għandu jifhem eżatt il-messaġġ tal-kelliem u fl-istess ħin jikkomunika dan f’lingwa oħra, bla ebdà opportunità li jagħmel emendi.

Traduzzjoni tal-kelma mitkellma u miktuba

L-interpreti jaħdmu b’żewġ modi –simultanjament jew konsekuttivament. L-ewwel waħda tirreferi għat-traduzzjoni bil-fomm tal-kelma mitkellma fil-lingwa mira, li tista ssir „lajv“ jew permezz ta’ apparat tekniku relevanti. Fil-każ ta’ trasmissjonijiet „lajv“, l-interpretu jitla fuq il-palk mal-kelliema. Fit-tieni każ ikun ġeneralment x’imkien ieħor biex jassiguri li l-kelliema u l-mistednin jirċievu traduzzjoni immedjata permezz ta’ strument żgħir milbus fil-widna. Interpretazzjoni konsekuttiva tfisser li l-kontenut tad-diskors jiġi trasferit fil-lingwa l-oħra meta l-kelliem ikun lest.

It-tradutturi huma responsabbli għall-kelma miktuba. Traduttur kwalifikat huwa mistenni li janalizza bir-reqqa t-test biex iżomm f’moħħu l-iskop tat-traduzzjoni u mbagħad jipproduċi traduzzjoni għal xi grupp partikolari ta’ nies. Għalhekk it-traduttur mhux biss għandu jifhem it-tifsira tal-kliem individwali, iżda għandu joqgħod attent għal xi tifsiriet moħbija u għall-isti.

Spettru wiesgħa ta’ responsabilitajiet

Ix-xogħol tat-traduttur jinvovli kollox, minn traduzzjoni ta’ ċertifikati sa’ traduzzjoni ta’ letteratura bellestrika. Iżda dawk kompetenti f’numru kbir ta’ lingwi mhux bilfors għandhom vantaġġ. Ħafna lingwi mhux bilfors ifisser ħafna xogħol. Speċjalizzazzjoni f’suġġett speċifiku huwa importanti sabiex tirnexxi.
Huwa wkoll essenzjali li wieħed ikun jaf iħaddem tagħmir elettroniku bħal sistemi tal-ġestjoni tat-teknoloġija, programmi DTP u sistemi tal-memorja tat-traduzzjoni.

Bħalissa id-domanda għal traduzzjonijiet tekniċi qiegħda dejjem tiżdied. Manwali ta’ l-użu għall-karozzi jew apparat tekniku, dokumentazzjonijiet jew l-adattament ta’ softwer tal-kompjuter jipprovdu wkoll ħafna xogħol lit-tradutturi. Oqsma bħal dawn jirrikjedu għarfien solidu ta’ l-istil tal-lingwa tal-pajjiżi rispettivi, u ta’ aktar importanza hi l-konoxxenza tas-suġġett fid-dettall. Persuna li tipprova titraduċi test dwar, per eżempju, t-teknoloġija tas-semikonduzzjoni mingħajr ma tifhem il-kontenut ma tkunx kapaċi tipproduċi traduzzjoni superjuri.

Kif tidħol fis-suq

Apparti minn kwalifikazzjonijiet professjonali, t-tradutturi u l-interpreti jeħtieġu perseveranza biex jaqbdu fis-suq. Dan minħabba li n-numru ta’ dawk li jaħdmu fuq bażi freelance qiegħed dejjem jiżdied. Barra minn kompetenza fil-lingwi u għarfien speċjalizzat, diversi profiċjenzi oħra huma meħtieġa għal persuna li taħdem għal rasha. Kompetenza fil-ġestjoni ta’ l-ispejjeż, li tiġbed klijenti ġodda u li tkun familjari ma-regolamenti bażiċi tal-kuntratt huma uħud mill-prerekiżiti għat-triq tas-suċċess.

Ir-rimunerazzjoni ma tiddependix fuq il-lingwa, iżda fuq il-kwalifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tat-tradutturi f’oqsma speċifiċi. Ir-rati jiġu ddeterminati mill-provvista u d-domanda. Dawk li jaħdmu b’lingwi eżotiċi, per eżempju l-Vjetnamiż, għandhom inqas konkurrenza u ġeneralment ikunu jistgħu iżommu prezzijiet għola. Iżda, dan huwa ta’ vantaġġ biss għal freelancers. Dawk li qed ifittxu impjieg regolari għandhom mnejn ikunu żvantaġġati minħabba d-domanda limitata.

Tipikament...

It-tradutturi jipproduċu traduzzjonijiet bil-miktub ta’ kull tip ta’ test minn lingwi barranin fl-ilsien nattiv tagħhom jew bil-kontra. L-interpreti jipprovdu traduzzjoni bil-fomm tal-lingwa mitkellma, simultanjament jew konsekuttivament.

Fejn nista nikseb il-kwalifikazzjonijiet meħtieġa?

Ġeneralment ma jkunx biżżejjed li jkollok kompetenza f’lingwa barranija jew li tkun trabbejt b’żewġ lingwi. Lawriji (BAs/MAs) u diplomi fit-traduzzjoni jew l-interpretazzjoni jistgħu jinkisbu minn diversi Universitajiet. Dawk li għandhom il-kompetenzi relevanti bla ma jkunu attendew l-Università jistgħu jersqu għal eżami f’uħud mill-Istati Federali tal-Ġermanja.

Qed jitfasslu aktar korsijiet minn fejn tagħżel

F’diversi universitajiet fil-Ġermanja qed jiġu mħejjija korsijiet modularizzati tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, u dawn se jibdew mis-sena 2010. Dan l-iżvilupp jipprovdi aktar opportunitajiet.
Uħud mill-korsijiet joffru edukazzjoni ġenerali wiesgħa filwaqt li oħrajn jiffokaw mill-bidu fuq qasam speċifiku. Il-programm ta’ studju f’Heinrich-Heine-Universität f’Düsseldorf, per eżempju, jiġi offrut kors bit-titlu "Translating Literature", u l-istudenti ta’ UAS Flensburg jistgħu jagħzlu li jistudjaw "International Technical Communication". Uħud mil-korsijiet jingħataw f’instituzzjonijiet indipendenti, f’dipartimenti tal-lingwi jew fil-fakultà tal-Komunikazzjoni u l-Midja. Barra minn hekk erba akkademji oħra fl-Istat tal-Bavarja joffru korsijiet tat-traduzzjoni. L-Instituzzjoni privata "Sprachen & Dolmetscher Institut München" (SDI) hija magħrufa sew għall-korsijiet superjuri li toffri.

Opportunitajiet ta’ xogħol jeżistu kemm fl-industrija kif ukoll fl-awtoritajiet.

Il-maġġoranza tagħhom jaħdmu fuq bażi freelance, ġeneralment f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet, organizzazzjonijiet, fornituri ta’ servizzi tat-traduzzjoni jew permezz ta’ aġenziji tal-midja u komunikazzjoni. Biex tirnexxi bħala freelancer, il-kompetenza fil-lingwi u l-abilità li tistabbilixxi netwerks kif ukoll l-abilità li tiġbed klijenti ġodda huma prerekwiżiti essenzjali.

Traduzzjonijiet

Servizz Express

Mistoqsijiet u Prezzijiet

Referenzi

Fil-Qasir

L-istampa Distributuri

Bla Kliem

Dwarna Impjieg Relazzjonijiet ma’ l-Investitur Termini u kondizzjonijiet generali Kuntatt
deutsch français italiano español english polski pyccкий brasil 中文 malti