L-istorja tal-lingwa
Huwa veru li l-ewwel kliem imorru lura milljun sena?
L-annimali soċjali kollha – minn naħal u n-nemel sal-balieni u x-xadini- jikkomunikaw ma xulxin, iżda huma l-bnedmin biss li żviluppaw lingwa li tikkonsisti minn sekwenza ta’ ċerti sinjali.
Il-lingwa tagħna hija differenti mill-komunikazzjoni ta’ kreaturi oħra fuq il-livell fiżiku. Tinsab f’erja tal-moħħ għall-ipproċessar tal-lingwa li ma jaħdimx instintivament, iżda jipproċessa ħsejjes u tifsiriet b’mod razzjonali. Din il-parti tal-moħħ hija unika għall-bniedem.
Mhux magħruf eżatt meta u kif żviluppat l-abilità li wieħed jitkellem, iżda żgur kien proċess twil ta’ l-evoluzzjoni.
Huwa possibbli li l-bnedmin ta’ miljun sena ilu diġa kienu jitkellmu. Iżda x’aktarx kienu jagħmlu dan aktar bil-mod, permezz ta’ vokabularju aktar limitat u bi strutturi grammatikali inqas kumplessi.
L-oriġini tal-lingwa
L-oriġini tad-diskors uman għandu mnejn jibqa misteru sa’ l-aħħar taż-żminijiet. L-oriġini u l-istorja ta’ kull lingwa kienu, f’dawn l-aħħar għoxrin sena, soġġetti għal riċerka elaborata.
Illum il-ġurnata aktar minn 5000 lingwi huma mitkellma madwar id-Dinja (terz tagħhom fl-Afrika), iżda dawn huma klassifikati f’numru żgħir ta’ familji tal-lingwi, x’aktarx inqas minn 20. Il-lingwi huma assoċjati ma’ xulxin permezz ta’ l-istess kliem, ħsejjes jew kostruzzjonijiet grammatikali. Skond it-teoriji, membri ta’ l-istess grupp ta’ lingwi huma dixxendenti ta’ l-istess antenat u għalhekk ta’ lingwa waħda biss. Numru ta’ esperti jemmnu li din il-proto-lingwa kienet għadha mitkellma fil-passat mhux il-bogħod ħafna-- x’aktarx mhux iktar minn xi ftit eluf ta’ snin ilu.
L-emerġenza ta’ gruppi tal-lingwa fis-sena 3000 QK.
L-akbar grupp ta’ lingwi llum il-ġurnata huwa dak tal-lingwi Indo-Ewropej li huma mitkellma minn nofs il-populazzjoni tad-Dinja. Dan il-grupp, li jinkludi kollox minn Ħindu u Persjan sa’ Norveġiż u Ingliż, jingħad li żviluppa mill-lingwa ta’ tribujiet Nomadiċi li mxew ma’ l-Ewropa tal-Lvant u L-Asja tal-Punent madwar 3000 snin ilu.
Minn madwar 2000 QK, il-kelliema tal-lingwi Indo-Ewropej bdew jinxterdu madwar l-Ewropa u eventwalment żviluppaw ċiviltajiet madwar il-kosta ta’ l-Atlantiku u l-kosta tat-Tramuntana tal-Baħar Mediterran. Waqt dan il-proċess avvanzaw sa’ l-Iran u partijiet mill-Indja.
Familja oħra tal-lingwi, dik tal-lingwi Semitiċi, kienet importanti wkoll fil-passat riċenti fl-Asja tal-Punent u għadha wkoll illum. Jingħad li din il-familja evolviet mill-lingwi mitkellma minn tribù wieħed – x’aktarx in-Nomadi fl-Arabja Sawdija.
Madwar 3000 QK, il-lingwi Semitiċi kienu mitkellma fit-territorji madwar id-deżert, mill-Arabja Sawdija sat-Tramuntana tas-Sirja. Uħud minn nies Semitiċi kellhom sehem importanti fl-ewwel populazzjoni ta’ dan it-territorju. Għal ċertu żmien, il-lingwa Semitika l-Aramajk, kienet magħrufa bħala “lingua franca” tal-Lvant Nofsani.
Lingwa u razza
Lingwi mill-istess familja mhumiex neċessarjament relatati fis-sens ta’ razza, iżda din id-differenza tiġi, ħafna drabi, konfuża fiż-żminijiet moderni. Fil-familja tal-lingwi Indo-Ewropej, per eżempju, insibu diversi gruppi żgħar ta’ lingwi Indo-Iranjani, magħrufin wkoll bħala “Arjani”, li jiġu mitkellma mill-Persja sa’ l-Indja. Skond teorija tar-razza fis-seklu 19, is-Soċjalisti Nazzjonali użaw it-terminu “Arjani” biex jiddeskrivu razza “superjuri” ta’ nies bjondi. Bjondi jew le, il-kelma Arjan tirreferi għal familja ta’ lingwi u mhux għal xi unità ġenetika.
L-istess tapplika għall-familja Semitika tal-lingwi, li tinkludi żewġ gruppi li kienu ta’ importanza fl-istorja umana – l-ilsien Lhudi u l-Għarbi.
Territorji Linguistiċi
Fuq il-mappa lingwistika tad-Dinja, waħda mill-familji ewlenin tal-lingwi “jokkupaw” it-territorju tagħhom. Iż-żewġ eċċezzjonijiet f’dan is-sens huma l-gruppi Indo-Ewropej u Ugro-Finniċi. Mill-bidu taż-żminijiet moderni, il-lingwi Indo-Ewropej inxterdu mad-Dinja kollha minħabba l-kolonjaliżmu Ewropew –sa’ l-Amerika kollha, l-Awstralja u ż-Żelandja l-Ġdida. L-għaqda tal-lingwi Indo-Ewropej u Ugro-Finniċi li rriżultat f’disinn ikkulurit ta’ lingwi differenti Ewropej ġrat fi stadju ta’ qabel u għal raġunijiet differenti.
Flimkien ma’ l-Estonja fuq in-naħa l-oħra tal-Baħar Baltiku, il-Finlandja hija reġjun iżolat tal-grupp Ugro-Finniċi (il-parti Finlandiża). L-Ungarija tirrapreżenta l-parti l-oħra.
Ir-raġuni tas-separazzjoni ġeografika vasta hija l-plateau l-kbir Ewropew li jikkonsisti minn tribujiet Ugro-Finniċi u Indo-Ewropej u li ilhom jiġġieldu għalih sekli sħaħ. Il-proto-lingwa tal-Finlandiżi, Estonjani u Ungariżi kienu jiġu mitkellma f’reġjuni b’popolazzjonijiet kbar bejn il-baħar Baltiku u l-Muntanji Urali –sakemm l-inabitanti inqasmu mill-Indo-Ewropej.
Wara l-500 WK: - l-emerġenza tal-lingwi Rumanzi u Ġermaniċi
Waqt l-istorja, l-lingwi ġew influwenzati minn xulxin, minħabba li ċerti kliem inxterdu permezz ta’ imperi, negozju, reliġjon, teknoloġija, jew fil-preżent, permezz ta’ l-industrija tad-divertiment globali. Eżempju tajjeb ta’ dan il-proċess huwa l-barriera tal-lingwi fl-Ewropa tal-Punent li tissepara l-lingwi Romanzi mill-Ġermaniċi. Il-familja tal-lingwi Romanzi tinkludi t-Taljan, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Portuġiż u r-Rumen – ir-riżultat tas-suċċess tal-kampanja Rumana fis-seklu 2 anno domini. Fost il-lingwi Ġermaniċi insibu l-Ingliż, l-Olandiż, il-Flemiż, il-Ġermaniż, id-Daniż, in-Norveġiż, l-Iżvediż u l-Islandiż.
Id-diviżjoni lingwistika turi l-impatt ta’ l-Imperu Ruman. L-Italja, Franza u l-Peniżola Iberika kienu reġjuni stabbli taħt id-Dinja Rumana u b’hekk inżammet l-influwenza tal-Latin wara l-waqgħa ta’ l-Imperu Ruman. Ir-reġjuni Ġermaniċi fil-Punent u Lvant tax-xmara Renu qatt ma kienu taħt il-ħakkma Rumana (sal-lum il-ġurnata, il-burdura lingwistika eżatta għandha tinsab il-Belġju, fejn il-popolazzjoni tal-parti ta’ taħt titkellem bil-Franċiż u dik tal-parti ta’ fuq bil-Flemiż).
L-ingilterra kienet, għal tlett sekli sħaħ taħt il-ħakkma ta’ l-Imperu Ruman. Iżda ċ-ċelti Rumanizzati ma setgħux jirreżistu l-invażjoni ta’ tribujiet Ġermaniċi, Angli u Sassoni. Il-lingwi salvaw bħala Anglosassoni. Il-Lingwa Ngliża Moderna, bil-vokabularju tagħha ta’ 50% kliem Ġermaniku u 50% kliem Romanz, tassumi pożizzjoni medja fost il-familja tal-lingwi Ewropej tal-Punent. Dan mhux minħabba l-instabbilità tal-Gran Britannja fl-Imperu Ruman, iżda minħabba l-konkwist minn Normani. Wara li n-Normani ħakkmu l-Majjistral ta’ Franza u addottaw il-lingwa lokali, waslu l-Ingilterra bil-lingwa Franċiża bħala element essenzjali tal-patrimonju kulturali tagħhom. Sekli wara, permezz tal-ħakkma Normanika u l-lingwa Franċiża, saret introduzzjoni ta’ kliem bil-Latin fil-lingwa Ngliża.
L-Evoluzzjoni Lingwistika
Il-battalja kontinwa tal-lingwi hija proċess simili ħafna għal dak ta’ l-evoluzzjoni. L-istess bħall-ġeni, jekk kelma ssalvax jew le matul iż-żmien jiddependi fuq il-għan tagħha u fuq kemm tiġi użata. L-abilità tal-kelma li ssalva tiddependi fuq invenzjonijiet jew kunċetti ġodda mixtieqa, jew sempliċiment fuq il-fatt jekk kelma hijiex divertenti jew bżonnjuża.
L-”Aspirin“, issemmiet mill-inventatur Ġermaniż tagħha fl-1899 fuq bażi ta’ acetylated spiraeic acid (acetylsalicylic acid), hija kelma li mill-ewwel bdiet tintuża fuq livell internazzjonali. Il-kelma Ngliża “snob“, li bdiet tintuża bit-tifsira tagħha tal-lum f’nofs is-seklu 19, hija, llum il-ġurnata, integrata f’numru ta’ lingwi.
L-iżvilupp tal-lingwa, l-istess bħall-evoluzzjoni, jiġi motivat minn
forza li ma tista titwaqqaf b’xejn, lanqas mit-tradizzjonalisti li
huma kontra
bidliet fil-lingwa. Il-Gvern Franċiż ġieli jgħaddi liġijiet għar-restrizzjoni
ta’ l-infuwenza tal-kliem mill-Ingliż u għall-integrazzjoni tagħhom
fil-lingwa Franċiża. Minn żmien għall-ieħor din tirriżulta f’kombinazzjoni
ta’ żewġ
lingwi li huma msejħin franglais (français – Franċiż, anglais – Ingliż).
Eżempju ta’ dan it-taħlit tal-lingwi hija tabella ta’ reklam għall-ġakketta
fl-armatura ta’ ħanut f’Pariġi:
Très snob, presque cad (very snobbish, almost knavish).
Lingwi Universali
Il-biża tal-Franċiżi li l-lingwa tagħhom titħassar mill-lingwa Ngliża għandha tiġi kkonsidrata f’kuntest ikbar fil-battalja ta’ l-evoluzzjoni bejn il-lingwi (għalkemm l-influwenza ta’ l-Ingliż hija iżgħar sew mill-effett li l-Franċiż tan-Normani kellu fuq l-Ingliż)
Waħda mill-oġġettivi ta’ kull lingwa hija li ssir „lingua franca“. Wara l-influwenza internazzjonali ta’ Franza taħt Louis XIV, il-lingwa Franċiża kisbet kważi esklussivament dan it-titlu fuq bażi ta’ poter u prestiġju. Fis-snin ta’ wara dan l-irwol sar tal-lingwa Ngliża – l-ewwel mill-Imperu Ngliż u mbagħad b’importanza akbar mill-predominanza Amerikana fis-seklu 20.
Fl-aħħar tas-seklu 20 il-lingwa Ngliża hija fil-pożizzjoni fortunata tal-„lingwa franca“ fi żmien straordinarju. Għall-ewwel darba fl-istorja bdiet tintuża lingwa globali għal skopijiet prattiċi (minn xjentisti, piloti etc.). Hekk kien hemm sistemi tal-komunikazzjoni li tiddisemina għarfien dwar il-lingwa Ngliża għal udjenza wiesgħa permezz tar-radju, televiżjoni u Internet. Il-poter imperjali li jagħmel l-istat ta’ L-Ingliż Amerikan bħala „lingwa franca“ hija ta’ natura kulturali u ekonomika iżjed minn waħda militari.
Iżda ż-żmien juri li l-Ingliż jaf ma jibqax l-aħħar „lingua franca“ fid-dinja. Lingwi oħra għad imorru u jiġu. Huwa korrett ukoll li l-predominanza ta’ l-Ingliż tiddependi fuq id-disseminazzjoni tiegħu iktar milli fuq in-numru ta’ nies li jitkellmuh.
Iċ-Ċiniż huwa mitkellem minn aktar nies mill-Ingliż (iżda f’parti waħda biss tad-Dinja) u l-futur qiegħed f’idejn iċ-Ċina, il-plejer ekonomiku globali ġdid. Iżda l-kumplessità taċ-Ċiniż poġġiet il-lingwa f’kompetizzjoni differenti. Wieħed mill-vantaġġi ta’ l-ingliż hu li jista jiġi mitkellem faċilment fuq livell bażiku, iżda huwa kumpless ħafna f’espressjonijiet idjomatici.
Evoluzzjoni bla temm
L-evoluzzjoni tal-lingwa hija waħda kontinwa. Numru ta’ „sotto-speċi” tal-lingwa Ngliża diġa qed jiġu użati madwar id-dinja. Il-“Pidgin English”, li evolva l-Papwa Ginea Ġdida m’għadiex popolari. Din kienet inħolqot bħala lingwa konvenjenti tan-negozju, ġiet imnaqqsa sa’ l-elementi l-aktar bażiċi tagħha u żviluppat il-karattru varjat uniku tagħha. Fl-istess mod il-komunitajiet li jitkellmu bl-Ingliż, mhux biss fil-partijiet Indjani tal-Punent u fl-Indja, iżda t-termini reġjunali, espessjonijiet u strutturi żviluppaw anke fl-Amerika u dawn waslu għal karatteristiċi distintivi fil-lingwa tagħhom.
Dan l-iżvilupp sorprendenti u d-diffużjoni tal-lingwi Indo-Ewropej 5000 sena ilu, kollha jistgħu jiġu traċċati lura għal proto-lingwa waħda, mhix ser terġa tiġri fid-dinja moderna tal-lum b’ħafna netwerks. L-iżvilupp tal-lingwa, iżda, qatt mhuwa se jieqaf.

