Tradutturi Hamburg

Sibt din il-websajt waqt it-tfittxija tiegħek għal „Tradutturi Hamburg“.

Qed tfittex traduttur fil-Belt ta’ Hamburg?

Halli f’idejna biex, bil-professjonalità u l-konoxxenza tagħna, nħejju traduzzjonijiet għall-kumpanija tiegħek jew għall-korrespondenza privata tiegħek, kemm kummerċjali, legali jew teknika.
Għandna tradutturi bl-aħjar referenzi u b’hekk niggarantixxu l-aħjar kwalità.

Noffru produzzjoni professjonali ta’ testi u soluzzjonijiet tat-traduzzjoni u hekk inħaffu l-funzjoni tal-kumpanija tiegħek fuq livell internazzjonali. B’hekk tkun tistà tiftiehem dejjem u kull fejn tkun.


Hamburg

Hamburg hija t-tieni l-akbar Belt fil-Ġermanja (wara Berlin), u għandha l-akbar populazzjoni fost il-bliet mhux Kapitali fl-Unjoni Ewropea

Din il-Belt tgħodd madwar 1.8 milljun ruħ, iżda dan jitlà għal 4.3 milljun ruħ jekk wieħed iqis is-subborgi tagħha. Il-port ta’ Hamburg huwa t-tieni l-akbar port fl-Ewropa (wara dak ta’ Rotterdam), u jinsab fid-disgħa post ta’ l-akbar portijiet tad-Dinja. Hamburg hija waħda mill-Istati Federali tal-Ġermanija.

Il-Belt ta’ Hamburg tinsab fit-Tramuntana tal-Ġermanja u hija ċentru industrijali b’fabbriki bħal Blohm + Voss u Norddeutsche Affinerie. L-industrija tal-midja hija importanti f’Hamburg fejn jinsabu, fost oħrajn, l istazzjon tar-radju u t-televiżjoni Norddeutscher Rundfunk u pubblikaturi bħal Gruner + Jahr and Spiegel-Verlag. B’kollox jinsabu aktar minn 120, 000 intrapriżi f’din il-Belt.

Tikkonsisti minn 7 boroughs (German: Bezirke) u jerġgħu jinqasmu f’ 105 distrett (bil-Ġermaniż: Stadtteile). Insibu wkoll 180 lokalità (bil-Ġermaniż: Ortsteile).

Storja

Il-Belt ħadet isimha mill-ewwel bini permanenti tagħha. Dan kien kastell mibni skond l-ordni ta’ l-Imperatur Charlemagne fis-sena 808 AD. Dan kien iġib l-isem ta’ Hammaburg, fejn burg tfisser kastell, filwaqt li t-tifsira tal-kumplament tal-kelma Hamma baqgħet inċerta, l-istess bħall-lokazzjoni ta’ dan il-kastell.

Amburgu ġiet, ħafna drabi, meqruda u maħkuma. Fis-sena 845, flotta ta’ 600 vapur tal-Vikingi waslu sax-xmara Elbe u qerdu l-belt. Dak iż-żmien kienet belt ta’ madwar 500 ruħ. Fis-sena 1030, il-Belt ġiet maħruqa mir-Re Mieszko II Lambert tal-Polonja. Valdemar II of Denmark rebaħ il-belt fis-sena 1201 u 1214. Amburgu għaddiet minn numru ta’ nirien kbar, l-agħar tnejn seħħu fis-snin 1284 u 1842. Fis-sena 1842, tilfu ħajjiethom 51 ruħ, inqered diversi bini importanti u 20,000 spiċċaw bla dar. Ir-rikostruzzjoni damet aktar minn 40 sena. Għal perjodu ta’ żmien qasir kien anness minn Napuljun 1 (1810–14). Il-forzi Russi lliberaw il-belt fis-sena 1814. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-Belt soffriet numru ta’ attakki mill-ajru u ġew maqtula 42,000 nies ċivili. Fi Frar 16, 1962, kien hemm għargħar mix-xmara Elbe b’raġuni ta’ maltempata qawwija u 300 ruħ tilfu ħajjiethom.

Il-karta ta’ 1189 minn Frederick I "Barbarossa" ingħatat aċċess bla taxxa sal-parti t’isfel tax-xmara Elbe mill-Baħar tat-Tramuntana. Sar port maġġuri fl-Ewropa ta’ Fuq, l-aktar minħabba r-rotot ewlenin tan-negozju tal-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku.

Permezz ta’ allianza kummerċjali mal-belt ta’ Lübeck fis-sena 1241, saret Belt tal-Lega Anseatika qawwija tal-Bliet tan-negozju. Fit-8 ta’ Novembru tas-sena 1266, kuntratt bejn Henry 111 u n-negozjanti ta’ Hamburg ippermettuhom li jistabbilixxu hanse f’Londra. L-ewwel deskrizzjoni tal-liġi ċivili, kriminali u proċedurali għal belt fil-Ġermanja bil-lingwa Ġermaniża, il-Ordeelbook (sentenza Ordeel:) inkitbet mill-avukat Jordan von Boitzenburg fis-sena 1270.[8]Fl-10 ta’ Awissu tas-sena 1410, kommozzjoni ċivili waslet għal kompromess u din hija kkonsidrata bħala l-ewwel konstituzzjoni ta’ Hamburg.[9] Fis-sena 1860, l-istat ta’ Hamburg stabbilixxa kostituzzjoni repubblikana.

Amburgu kien stat indipendenti tal-Konfederazzjoni Ġermaniża (1815–66), il-Konfederazzjoni tat-Tramuntana tal-Ġermanja (1866–71), l-Imperu Ġermaniż (1871–1918) u tar-Repubblika ta’ Weimar (1919–33). Waqt il-perjodu tal-Ġermanja Nażista, Hamburg kienet Gau mis-sena 1934 sas-sena 1945. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Hamburg kienet fiż-Żona ta’ l-Okkupazzjoni Brittanika u saret stat tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fis-sena 1949.

Fl-ewwel nofs tas-seklu 19, saret referenza, fil-proża u l-poeżija, għal qaddisa patruna bl-isem ta’ Hamburg bil-Latin, Hammonia. B’hekk din saret is-simbolu tal-Belt f’dan iż-żmien. Fit-tieni nofs tas-seklu 19 il-populazzjoni ta’ Hamburg kibret b’rata qawwija. Il-Hamburg America Line saret l-akbar kumpanija tal-merkanzija transatlantika, b’Albert Ballin bħala d-direttur tagħha. Hamburg kien il-port minn fejn ħafna Ġermaniżi u nies mill-Ewropa tal-Lvant emigraw lejn id-Dinja l-Ġdida u kont issib kumpaniji tan-negozju mid-Dinja kollha.

Il-bombi ta’ l-Alleati waqt it-tieni Gwerra Dinija wasslu għal numru kbir ta’ persuni ċivili imweġġin, kif ukoll għal partijiet kbar tal-Belt u tal-port meqruda. Hamburg ċeda bla aktar diżgrazzji lill-Forzi Ingliżi fit-3 ta’ April tas-sena 1945.

Il-fruntieri interjuri tal-Ġermanja— isseparaw il-belt minn ħafna mill-hinterland u n-negozju internazzjonali ta’ Hamburg mar għall-agħar. Wara r-reunifikazzjoni tal-Ġermanja fis-sena 1990 u d-dħul ta’ diversi Stati Ewropej u Baltiċi fl-Unjoni Ewropea fis-sena 2004, dan il-port, flimkien mal-Belt ta’ Hamburg kiseb mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu bħala l-akbar port reġjonali għall-merkanzija ta’ kontejners u ċ-ċentru ewlieni kummerċjali.

Traduzzjonijiet

Servizz Express

Mistoqsijiet u Prezzijiet

Referenzi

Fil-Qasir

L-istampa Distributuri

Bla Kliem

Dwarna Impjieg Relazzjonijiet ma’ l-Investitur Termini u kondizzjonijiet generali Kuntatt
deutsch français italiano español english polski pyccкий brasil 中文 malti