Traduzzjoni awtomatika

Traduzzjoni awtomatika tirreferi għat-traduzzjoni ta’ test mill-lingwa oriġinali (jew lingwa sors) fil-lingwa mira permezz ta’ programm tal-kompjuter. It-traduzzjoni awtomatika hija eżempju ta’ l-intelliġenza artifiċjali bil-kompjuter.

Filwaqt li t-traduzzjoni umana tifforma parti mill-lingwistika prattika, it-traduzzjoni awtomatika hija parti mir-riċerka ta’ l-IT u l-lingwistika tal-kompjuter. Programmi tat-traduzzjoni bil-magni per eżempju bdew jinkitbu għall-ewwel kompjuters fis-snin erbgħajn.

Il-ħolma umana
Li wieħed jifhem lingwa bla ma jitgħallima hija l-eqdem ħolma umana (Tower of Babel, J.Becher’s numeric Interlingua, Babel fish, Pentecost, stejjer tal-finzjoni xjentifika). L-invenzjoni tal-kompjuter flimkien mal-fenomenu tal-lingwa bħala dixxiplina xjentifika ħolqot, għall-ewwel darba, opportunitajiet konkreti sabiex din il-ħolma tiġi rrealizzata.

L-istorja
Sal-ġurnata tal-lum l-interess militari affettwa b’mod deċiżiv l-iżvilupp ta’ traduzzjoni awtomatika. Wieħed mill-ewwel proġetti kien programm tat-traduzzjoni bejn ir-Russu u l-Ingliż għall-militari ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Il-kwalita tiegħu ma kienetx waħda tajba iżda permezz tiegħu setgħet, għall-ewwel darba, tinħoloq impressjoni dwar il-kontenut ta’ dokumenti Russi mingħajr il-bżonn ta’ terzi persuni (interpreti u tradutturi).
Ir-rapport ALPAC, imħejji għall-Pentagon, fl-1966 ikkontesta l-użu ta’ traduzzjoni awtomatika u r-riċerka waqfet għal kważi għoxrin sena sħaħ. Ir-riċerka bdiet mill-ġdid fis-snin tmenin minn kumpaniji ta’ l-elettriku bħal Siemens AG (proġett ta’ l-elettriku). Fl-istess waqt, il-gvern Ġappuniż beda l-Proġett tal-Ħames Ġenerazzjoni fejn it-traduzzjoni awtomatika mill-Ingliż għall-Ġappuniż kienet ibbażata għall-ewwel fuq lingwa ta’ l-ipprogrammar Prolog. Il-kollaborazzjoni sħiħa bejn Universitajiet, kumpaniji elettriċi u l-gvernijiet waslet għall-ewwel programmi ta’ traduzzjoni bil-magni kummerċjali għall-kompjuters onlajn. B’hekk il-Ġappun sar il-mexxej fir-riċerka ta’ traduzzjoni awtomatika. Fis-snin disgħajn il-proġett ewlieni tal-BMBF, Verbmobil ġie nstallat fil-Ġermanja. Dan bil-għan li jinterpreta djalogu fil-Ġermaniż, Ingliż u Ġappuniż. Is-sistema Verbmobil kellha l-irwol li tagħraf diskors spontan, ta’ l-analiżi tad-daħla, traduzzjoni, tħejjija ta’ sentenzi u “say it out loud”.

Il-ħsara tad-dotcom fis-snin 2000 u 2001 irrovinat ħafna kumpaniji żgħar tat-traduzzjoni awtomatika. Fl-industrija tas-softwer tat-traduzzjoni awtomatika tal-lum il-ġurnata insibu biss bejn 10 u 20 kumpaniji li għadhom attivi (ħafna programmi huma liċenzjati), jiġifieri t-traduzzjoni awtomatika qed tiġi żviluppata primarjament fl-Universitajiet.
Fis-suq tat-traduzzjoni, id-dħul mill-applikazzjoni tat-traduzzjoni awtomatika huwa ta’ 1% biss. Jeżistu iżda diversi raġunijiet għaż-żieda fid-domanda għal applikazzjonijiet tat-traduzzjoni awtomatika:

Metodi tat-traduzzjoni

Is-sistemi kollha tat-traduzzjoni awtomatika jużaw dizzjunarji bilingwali u għandhom moduli ta’ regoli bażiċi tal-grammatika. Il-metodi individwali iżda huma differenti ħafna.

L-aktar metodi importanti tat-traduzzjoni awtomatika huma:

Fil-prattika ħafna mis-sistemi jużaw taħlita ta’ dawn il-metodi (ġeneralment b’dominanza ta’ sistemi tat-trasmissjoni bl-interlingua u sistemi EBMT)

MAHT (Machine-Aided Human Translation), jiġifieri traduzzjoni bl-assistenza tal-kompjuter fejn programm tal-kompjuter jassisti traduttur uman permezz ta’ l-iċċekkjar awtomatiku tat-terminoloġija (tfittix awtomatiku fil-kompjuter). Tqabbil ta’ traduzzjonijiet li saru qabel (memorja tat-traduzzjoni), mhumiex inklużi bħala traduzzjoni awtomatika.

Dawn il-programmi huma ħafna drabi użati għal skopijiet ta’ divertiment, sempliċiment billi tieħu test u ddaħħlu f’magna tat-traduzzjoni għat-traduzzjoni fl-ilsien nattiv tiegħek.

Kif tista tiġi evalwata l-kwalità tat-traduzzjoni awtomatika?

Ir-riċerkaturi ta’ traduzzjoni awtomatika jużaw evalwazzjonijiet fuq bażi ta’ skali għad-determinazzjoni tal-kwalità tat-traduzzjoni. Traduzzjonijiet tat-traduzzjoni awtomatika jiġu evalwati sentenza b’sentenza u l-ammont totali standarizzat tas-sententi jiddeterminaw il-kwalità tat-test kollu. F’ħafna każi, l-evalwazzjoni tiġi magħmula minn kelliema nattivi tal-lingwa mira u espressa bħala indiċu. Fil-Ġappun tiġi użata skala b’punti minn 0-4:

Għal traduzzjonijiet twal, riċerkaturi tat-traduzzjoni awtomatika jużaw algoritmi ta’ evalwazzjoni awtomatika, li hija wkoll ibbażata fuq il-qawwa umana tal-ġudizzju.

Aspettattivi għoljin wisq?
Aħna l-bnedmin għandna aspettattivi għoljin wisq u għalhekk ma nkunux sodisfatti bit-titjib attwali fir-riċerka ta’ traduzzjoni tal-magna. Waħda mill-kondizzjonijiet ta’ traduzzjoni awtomatika funzjonali hija li t-test sors ikun jista jinqara u li anke persuna tkun tista tlesti traduzzjoni fid-dettall tat-test. Kif jista kompjuter ikun mistenni li jifhem u jitraduċi lingwa li persuna oħra ma tifhimx? Ħafna lingwisti jassumu li meta wieħed jifhem il-lingwa kompletament, jifhem ukoll l-intelliġenza umana kollha. Uħud minn nies huma ta’ l-opinjoni li sistema perfetta tat-traduzzjoni awtomatika għandha tkun simulazzjoni tal-proċessi intellettwali umani. Kif inhu msemmi hawn fuq, wieħed mill-vantaġġi ta’ SMBT hija li din il-problema qed jaħdmu fuqha, minħabba li s’issa għadhom jistgħu isiru deduzzjonijiet ta’ regoli bla tifsira.

Problemi prattiċi

Jeżistu anke raġunijiet tanġibbli u parzjalment rimedjali għalfejn il-kwalità tat-traduzzjoni awtomatika ħafna drabi ma tkunx waħda tajba:

Traduzzjonijiet

Servizz Express

Mistoqsijiet u Prezzijiet

Referenzi

Fil-Qasir

L-istampa Distributuri

Bla Kliem

Dwarna Impjieg Relazzjonijiet ma’ l-Investitur Termini u kondizzjonijiet generali Kuntatt
deutsch français italiano español english polski pyccкий Українська (мова) brasil 中文 malti