Links: Avviżi ta’ l-istampa - Servizz u Distributuri - Pariri - Mistoqsijiet li Spiss Isiru - Ordni ta’ stqarrijiet ta’ l-istampa
Is-Servizz Komunikattiv tal-finetext
- Għandhekk websajt?
- Tixtieq tbigħ prodott?
- Tixtieq li aktar nies isiru jafu bil-kumpanija tiegħek?
- Tixtieq li tgħarraf b’xi avveniment li ser iseħħ dalwaqt?
- Tixtieq tikkomunika mal-pubbliku ġenerali?
Għal dan kollu ssib lilna!
Ngħinuk tikkomunika mal-Ġermanja kollha u tiċċirkola artikli ta’ l-istampa
f’aktar minn 1200 uffiċċji editorjali. Dan jiswa 49 ewros biss! (Prezz
fiss għas-sottomissjoni bil-posta elettronika). B’żieda ma’ dan noffru
kompożizzjoni, qari ta’ provi u/jew traduzzjoni ta’ l-informazzjoni.
(Naċċettaw
ukoll PayPal u Moneybookers)
Minħabba l-ammont kbir ta’ informazzjoni li niltaqgħu magħha llum il-ġurnata wieħed irid joqgħod attent li ma jiġux esklużi detallji importanti. Din l-informazzjoni jaf tkun essenzjali għal xi grupp partikolari ta’ nies jew għall-pubbliku ġenerali.
Politika tal-komunikazzjoni effettiva hija essenzjali għal suċċess fil-marketing. B’mod partikolari, informazzjoni riċenti dwar il-kumpanija, il-prodotti u s-servizzi tagħha, il-websajt u l-ideat innovattivi tagħha għandhom jilħqu d-dominju pubbliku. II-komunikazzjoni ta’ l-istampa hija għalhekk parti importanti-tal-marketing. Meta jkun irnexxilek tiġbed l-attenzjoni ta’ l-istampa tkun diġa nofs triq lejn is-suċċess! B’artiklu editorjali f’gazzetta jew magazin, jew anke fuq it-televiżjoni jew ir-radju jiżdied immens l-interess fil-kumpanija u dan jinkludi l-interess tal-konsumaturi, investituri u sħab eċċ.
Aħna nservu bħala interface bejn l-aġenziji ta’l-istampa, il-midja, ġurnalisti,
aġenziji ta’ l-aħbarijiet u maniġers tal-websajts. Il-midja hija obbligata
tirraporta avvenimenti ġodda kuljum. Għamel użu minn din l-obligazzjoni u
assiguri ċ-ċans tiegħek li tesponi ruħek! Għamel dan qabel il-kompetituri
tiegħek!
Aħna nibgħatu l-artiklu ta’ l-istampa tiegħek permezz ta’ faks u/jew
posta elettronika. Il-komunikazzjoni permezz tal-faks tiġi rrakommandata
għax hija aktar effiċjenti. Anke l-akbar aġenziji ta’ l-aħbarijiet (per eżempju
Reuters, dpa) għadhom jibgħatu l-artikli ta’ l-istampa tagħhom permezz tal-faks.
Għati daqqa t’għajn lejn id-distributuri tagħna. Hemmhekk issib partijiet editorjali fejn tista tħalli l-avviż tiegħek.

