Navigazzjoni tal-kontenut: tabella tal-kontenut - 1 - 2 - 3 - 4 - 5 - 6 - 7

Kelmtejn Qabel

Traduzzjoni tajba tinvolvi aktar minn trasferiment sempliċi ta’ elementi testwali mill-lingwa sors għall-lingwa mira.
Traduzzjoni tajba ma tipproduċix it-test fil-lingwa mira fl-istess forma eżatta tal-lingwa mira –għandu jkun ukoll faċli li tifhmu u jinstema naturali.

L-għan hu li l-qarrej jingħata l-impressjoni li dan ix-xogħol kien kompost biss fil-lingwa tiegħu, il-lingwa mira. It-test għandu jkun provvdut b’mod li jservi bħala mezz tal-komunikazzjoni għall-qarrej fil-lingwa tiegħu. It-traduzzjoni għandha jkollha l-istess effett fuq il-qarrejja bħall-effett li kellu d-dokument oriġinali bil-lingwa sors.

Għalhekk huwa essenzjali li t-traduttur ikun kelliem nattiv ta’ l-ilsien tal-lingwa mira u għandu jkollu kompetenza tajba ħafna tal-lingwa sors.

Sabiex jipproduċi traduzzjoni tajba, hu għandu jkun familjari kemm mal-grammatika ta’ l-ilsien nattiv kif ukoll ma’ dak tal-lingwa sors. Għandu jkollu wkoll għarfien tajjeb tas-suġġett u sensitività socjali, kulturali u emozzjonali tad-dokument sors. Hekk tiġi mħejjija traduzzjoni korretta, kemm fil-kontenut u s-suġġett, kif ukoll fl-istil.

Għandu jieħu kont ta’ kliem buzz u kuntrasti reġjonali, u anke ċerta taboos linguistiċi. F’dan l-essay ser niddiskutu punti li huma ta’ relevanza għall-problemi tat-tradutturi u nipproponu soluzzjonijiet għal dawn il-problemi. Dan id-dokument jagħti aktar informazzjoni dwar ix-xogħol ta’ kuljum tat-traduttur.

Kapitlu ta’ qabel | Il-kapitlu li jmiss

Traduzzjonijiet

Servizz Express

Mistoqsijiet u Prezzijiet

Referenzi

Fil-Qasir

L-istampa Distributuri

Bla Kliem

Dwarna Impjieg Relazzjonijiet ma’ l-Investitur Termini u kondizzjonijiet generali Kuntatt
deutsch français italiano español english polski pyccкий brasil 中文 malti