Navigazzjoni tal-kontenut: tabella tal-kontenut - 1 - 2 - 3 - 4 - 5 - 6 - 7
X’inhi traduzzjoni perfetta?
Il-mistoqsija mhix „X’inhi traduzzjoni perfetta?“ iżda, „Teżisti traduzzjoni perfetta?“
Din il-mistoqsija għandha tweġiba faċli- Le!
‚Traduzzjoni perfetta’ hija t-traduzzjoni korretta li tidher perfetta fuq il-livell suġġettiv tal-perċezzjoni.
Ħafna drabi nsibu – flimkien ma’ traduzzjonijiet litterarji, per eżempju – diversi traduzzjonijiet differenti minn tradutturi professjonali fl-istess lingwa mira u dan jaf jirriżulta f’diskussjonijiet sħan dwar il-kwalità tax-xogħol.
Klijent prospettiv jaf jissottometti kampjun ta’ test lil diversi tradutturi, u jirċievi sitt jew sebà traduzzjonijiet differenti ħafna fuq bażi ta’ sors identikali. Dan jirriżulta f’konfużjoni.
Liema traduzzjoni għandu juża?
F’każ ta’ dubju għandu ovvjament jagħżel l-aħjar!
Iżda liema hi l-aħjar?
Sabiex inwieġbu din il-mistoqsija, għandna l-ewwel nistaqsu lill-xulxin – x’qed nistennew, jew x’għandu jkun mistenni minn traduzzjoni tajba?
Għall-ewwel, it-tweġiba tidher faċli: it-test oriġinali għandu jiġi riprodott, bl-eżatt kemm jista jkun, fil-lingwa mira.
Iżda din iġġib magħha mistoqsija oħra: kif għandek timmaġina x-xogħol tat-traduttur u l-mod ta’ kif tiġi mfassla traduzzjoni?
Teoretikament l-aktar mod ovvju għall-kreazzjoni ta’ traduzzjoni eżatta tikkonsisti milli tieħu kull kelma tat-test sors, sostituzzjoni tat-termini xierqa fil-lingwa mira u wara tpoġġihom f’linja fl-ordni korretta.
Sfortunatament din l-idea m’għandiex x’taqsam mar-realità tal-lingwa – bħal ma’ naraw jekk nagħtu ħarsa lejn il-programmi tat-traduzzjoni awtomatika u s-servizzi tat-traduzzjoni bla ħlas li nsibu fl-Internet.
L-ebda żewġ lingwi mhuma daqshekk simili fis-semantika, l-arranġament ta’ elementi lingwistiċi u s-selezzjoni ta’ forom grammatikali li jkun possibili tikkonverti waħda fl-oħra billi titraduċi kelma b’kelma.
Minħabba dawn il-barrieri lingwistiċi, l-ebda softwer tat-traduzzjoni ma’ kien s’issa kapaċi jipproduċi test kompletament korrett, eleganti u bi stil adekwat f’lingwa oħra–differenti minn diffikultajiet oħra li jistgħu jinqalaw meta test ikollu jiġi addatat għal kultura barranija.
Għalhekk, traduzzjoni tajba hija s’issa l-prodott ta’ xogħol manwali u intelliġenza umana.
It-traduttur mhux biss jikkonsulta d-dizzjunarju jew il-grammatika tiegħu għall-produzzjoni ta’ traduzzjoni kelma b’kelma.
Huwa essenzjali li t-traduttur jifhem il-lingwa bħala sistema formali u sett ta’ regoli grammatikali. Dan jinvolvi ħafna aktar xogħol.
It-traduttur mhux biss għandu jkun kompetenti fil-grammatika – għandu jkollu bażi wiesgħa ta’ tagħrif soċjali u kulturali. Dan għaliex tagħrif eżistenti u implikazzjonijiet soċjali ta’ spiss ikollhom effett fuq l-interpretazzjoni u l-fehma, iktar mill-lingwa fiha nfisha –aktar mill-ħsejjes, mill-kliem u l-espressjonijiet.
Kull traduttur huwa nvolut fil-proċess ikkomplikat tal-medjazzjoni bejn il-lingwi tat-test oriġinali u l-lingwa mira, flimkien ma’ differenzi kulturali tal-“pajjiż mira” li jkun qed jitraduċi għalih.
Mingħajr il-konferma tar-regoli relevanti tal-lingwa mira, traduzzjoni tajba hija impossibbli.
Mela x’jista jistenna klijent minn traduzzjoni tajba?
| - | It-traduzzjoni għandha tirrifletti l-elementi kollha tat-test sors b’mod li jaqbel ma’ l-oriġinali. |
| - | Għandha tkun ibbażata fuq l-intenzjoni ta’ l-awtur tad-dokument oriġinali. |
| - | Il-kontenut intellettwali għandu jinżamm kompletament fil-lingwa mira – bla tnaqqis, bla riżervi, iżda anke bla ma’ jiġi rinforzat jew miżjud. |
| - | Għandu jkun miktub bi stil li huwa naturali u faċli li tifhmu daqs l-oriġinali. |
Traduttur tajjeb għandu dejjem ikollu l-iskop li joħroġ l-oġġettiv tat-test li jkun qed jaħdem fuqu biex ikun iżomm kemm jista jkun il-messaġġ u l-istil ta’ l-oriġinali fil-lingwa mira.
L-awturi tat-testi oriġinali riedu jiftehmu. Għalhekk kitbu bi stil ċar u li jiftiehem, kif ukoll b’konsiderazzjoni tal-kuntest kulturali li sabu ruħhom fih.
U dan għandu jkun il-kriterju tat-traduttur ukoll.
Iżda dan l-ideal mhux faċli li jiġi realizzat. F’ċerti każi nsibu ruħna separati b’distanza kbira mill-awturi oriġinali –dan minħabba differenzi bejn il-lingwi, kif ukoll differenzi kulturali u lokali.
Għalhekk ħafna drabi mhux biżżejjed li traduttur jaqra u jifhem id-dokumenti oriġinali –għandu jipprova jsib soluzzjoni għal dawn id-differenzi, bl-għajnuna ta’ riċerka u analiżi, u jekk hu meħtieġ jinkludihom fit-traduzzjoni tiegħu.
Dan jista jsir b’żewġ modi. Waħda mill-perspettivi tgħid li t-traduttur huwa obligat li jimxi, fejn possibbli, eżattament u formalment mal-kliem tad-dokument oriġinali u jagħmel biss approssimazzjonijiet fejn huma meħtieġa.
Il-perspettiva l-oħra hija l-oppost ta’ dan. Hawnhekk l-għan hu li l-klijent jingħata, kemm jista jkun, test li huwa faċli li tifhmu. Dan jinkludi testi b’aċċess massimu. Fl-istess ħin il-klijent għandu jċedi wkoll il-formulazzjoni tat-test u jiddetermina kemm jista s-sens tat-traduttur.
Ma’ tista tiġi stipolata l-ebda regola li tgħid liema waħda minn dawn iż-żewġ perspettivi hija l-aħjar. Il-klijent għandu jiddeċiedi liema mod ta’ traduzzjoni hija l-aħjar. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tittieħed wara konsultazzjoni ma’ dawk kollha nvoluti fil-kreazzjoni u l-pubblikazzjoni tat-test.
F’kull xenarji, iżda, nistgħu ikunu assigurati minn ħaġa waħda: it-test oriġinali għandu jiġi interpretat u miftiehem fil-lingwa mira.
Il-mistoqsija hija din – il-klijent irid jiddeċiedi jekk jiġġudikax hu stess billi jinsisti li t-traduttur iżomm ma’ l-oriġinali, jew iħalli t-traduttur imexxieħ f’każi ta’ dubju.
Hawn għandu jkun ta’ assistenza li nagħtu ħarsa lejn żewġ eżempju –li t-tnejn jinvolvu sitwazzjonijiet fejn huma meħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet.
Fil-każ ta’ preżentazzjoni tal-prodott, fejn in-nies huma konfrontati b’informazzjoni dwar il-prodott għall-ewwel darba –u l-ideat tagħhom dwaru ma’ jkunux ċari jew mhux eżistenti – il-lingwa għandha tkun naturali u faċli, kemm fit-test oriġinali u fit-traduzzjoni. Hawnhekk traduzzjoni aktar libera hija l-aħjar soluzzjoni.
It-traduttur m’għandu fl-ebda każ jikteb kummentarju dwar il-prodott, iħejji dokument indipendenti tar-Relazzjonijiet Pubbliċi jew ibiddel test stramb kif jixtieq hu.
Iżda għandu permess li jagħmel implimentazzjonijiet stilistiċi, bħal per eżempju, jagħżel kelma eħfef fil-lingwa mira jew fil-kultura mira – dejjem wara kollaborazzjoni mal-klijent. Jista jirranġa ċerti frażijiet sabiex jiġu aġġornati għaż-żminijiet, sabiex jiġu aċċettati u miftehma malgħajr mill-udjenza.
Dan, iżda, mhux possibbli fit traduzzjoni ta’ kuntratti, pamflets tal-prodott jew manwali ta’ struzzjonijiet tekniċi. Hawnhekk l-eżattezza hija aktar iimportant minn l-aspett naturali tat-traduzzjoni.
F’dokument li jinvolvu konsiderazzjoni tas-sigurtà, hija indispensabbli traduzzjoni qrib ta’ l-oriġinali – u għalhekk ta’ standards u regolamenti sottostanti. F’dawn il-każi, it-traduttur għandu jibbaża x-xogħol tiegħu- jekk il-klijent ma’ jkunx provda xi kriterji oħra- relatati mal-kontenut tat-test oriġinali. Ix-xogħol tiegħu hawn mhux li jinterpreta t-test mill-ġdid, iżda li juża r-riżorsi tal-lingwa sabiex jipproduċi, kemm jista jkun, test ċar, li jiftiehem u eżatt.
Mela x’tip ta’ traduzzjoni, mill-perspettiva tal-klijent, hija l-aħjar?
Dawn iż-żewġ eżempju juru li, sfortunatament, huwa l-klijent biss, li jinsab f’pożizzjoni li jwieġeb din il-mistoqsija. It-tweġiba tvarja skond in-natura tad-dokument u l-interess tal-klijent.
Is-sitwazzjoni ideali hija meta dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mal-kreazzjoni u l-pubblikazzjoni tat-testi jipparteċipaw f’dawn id-deċiżjonijiet. Din tapplika l-aktar għal dokumenti korporattivi li fasslu t-test oriġinali.
Fiż-żewġ eżempji tagħna jaf ikollna x’naqsmu mad-diviżjoni legali tal-kumpanija, jew ma’ impjegati tad-dipartiment tal-marketing jew sales. Bl-għajnuna tal-kontribuzzjoni tat-traduttur—li tinkludi l-istima tiegħu tas-suq destinatarju u l-lewn lokali tal-pajjiż relatat –għandu jkun possibbli li tassiguri li t-traduzzjoni tkun skond l-għan tal-klijent.
Fl-aħħar , kelma ta’ twissija għal kumpaniji li jagħtu xogħol tat-traduzzjoni. Kważi qatt ma’ jkun il-każ li klijent ikollu qarrej tal-provi fil-kumpanija tiegħu – jiġifieri wieħed li jaqra t-traduzzjoni, jifforma ġudizzju u jekk possibbli anke jtejbu. Ħafna drabi t-traduzzjonijiet jiġu editjati minn impjegati li mhumiex familjari biżżejjed mal-lingwa mira.
In-nuqqas ta’ abilità lingwistika tagħhom jaf tbiddel traduzzjoni tajba f’waħda ħażina. Għalhekk, jekk il-klijent ikun qed jaħseb biex jistaqsi għall-flus lura għandu jagħmel kuntatt mat-traduttur kmieni kemm jista, sabiex inaqqas xi ftehim ħażin li jista jsir. Ġeneralment il-problemi involuti jkunu dawk stilistiċi biss.
Jekk il-klijent u t-traduttur jikkomunikaw minn kmieni, dan jista jnaqqas telf ta’ ħin u flus.
Fl-aspett stilistiku tat-traduzzjoni, jeżistu numru kbir ta’ opinjonijiet differenti dwar x’għandu jkun addatat u korrett. Dan mhuwiex il-każ f’aspetti tal-grammatika u l-ortografija fejn ġeneralment jeżistu regoli obligatorji.
Fi traduzzjonijiet li għandhom jiġu użati għal skopijiet important tan-negozju u komunikazzjoni personali, mhux biss għandhom jiġu evitati żbalji grammatiċi u ortografiċi –iżda dawn m’għandhom jinkludu l-ebda stramberiji. F’kuntest professjonali il-preżentazzjoni impekkabbli ta’ lingwistika hija mistennija. Jekk il-klijent jirċievi traduzzjoni tal-pamflet tal-prodott tiegħu jew preżentazzjoni mimlija żbalji, dan għandu kull dritt li jilmenta.
F’din is-sitwazzjoni huwa iimportant li tagħmel ilment kemm jista jkun malgħajr. Fil-Kondizzjonijiet Ġenerali tagħhom u fil-Kondizzjonijiet tan-Negozju, t-tradutturi jinkludu ġeneralment data ta’ skadenza ta’ bejn 7 u 8 t’ijiem biex jagħmlu lment.
Kapitlu ta’ qabel | Il-kapitlu li jmiss

