Navigazzjoni tal-kontenut: tabella tal-kontenut - 1 - 2 - 3 - 4 - 5 - 6 - 7

X’jirrikjedi traduttur tajjeb?

Traduzzjoni tajba taghtik l-impressjoni li qed taqra test originali. Jekk dan huwa l-istandard li inti tistenna mit-traduzzjoni, il-linji gwida li gejjin jafu jkunu ta ’ assistenza.

It-traduttur li inti qed tahseb biex tinkariga mhux biss jirrikjedi kompetenza eccellenti fil-lingwi barranin, izda huwa ghandu jkollu taghrif sod u relazzjoni mal-kultura u l-istorja tal-pajjiz li jkun qed jitraduci ghalih. Ghandu jkun familjari mal-mod tipiku ta’ komunikazzjoni f’dan il-pajjiz-

Jekk trid traduzzjoni tajba, mhux bizzejjed issib traduttur li hu kompetenti fil-lingwistika. It-traduttur ghandu jkollu livell gholi ta’ kultura generali, effettività fil-manipulazzjoni ta’ l-ilsien nattiv tieghu u l-lingwa barranija, taghrif dwar il-kultura, taghrif specjalizzat tajjeb hafna u l-abilità li jitraduci testi teknici f’mod li bih jigi miftiehem mill-grupp destinatarju.

Taghrif metodiku huwa indispensabbli jekk problemi tipici tat-traduzzjoni ghandhom jigu evitati.

Il-kriterja li gejja ghandha tkun ta’ bazi ghall-klijent ghad-determinazzjoni tal-kwalità tax-xoghol tat-traduttur:

  1. It-traduttur ghandu jkun studja f’Università jew Kullegg tekniku u specjalizza f’diversi suggetti. Tradutturi kwalifikati bbazati l-Germanja ghandhom jghaddu minn ezami statali fl-Istati Federali. Uhud mill-korsijiet joffru tahrig komprensiv waqt li f’korsijiet ohra l-istudenti jispecjalizzaw mill-bidu. Il-professjoni ta’ “traduttur” mhux protett mill-ligi. Anke l-appellazzjoni “traduttur awtorizzat” mhix bilfors sigill ta’ kwalità, izda tindika biss stat. Il-kwalifikazzjonijiet li gejjin huma denominazzjonijiet professjonali protetti mill-ligi: Diplom-Dolmetscher [Interpretu kwalifikat] Diplom-Übersetzer [Traduttur kwalifikat], Diplom-Fachübersetzer [Traduttur Kwalifikat f’Suggetti Specjalizzati] and Diplom-Technikübersetzer [Traduttur Tekniku Kwalifikat].
  2. It-tradutturi ghandhom ikunu jafu jhaddmu taghmir elettroniku, bhal dejtabejzis ghall-gestjoni tat-terminologija, programmi tad-desktop publishing u sistemi ghall-issejvjar tat-traduzzjoni u jkollu dawn ir-rizorsi ghad-dispozizzjoni tieghu.
  3. Barra minn kwalifikazzjonijiet lingwistici, t-traduttur ghandu jkollu esperjenza prattika fil-qasam li joffri traduzzjonijiet fih. B’hekk jaccerta li jifhem sew is-suggett li specjalizza fih. Hemm xi tradutturi li jispecjalizzaw fl-inginerija, ohrajn jispecjalizzaw fil-medicina, fil-ligi jew fil-marketing. Hafna tradutturi jispecjalizzaw f’zewg suggetti jew tlieta. Ghandek toqghod attent fil-kaz li traduttur jghid li huwa specjalizzat “f’kull qasam”.
  4. Sigill iehor ta’ kwalità huwa l-mod kif traduttur iqassam il-hin tieghu waqt li jahdem fuq traduzzjoni. Traduttur jaf ikun kapaci jitraduci 1200 sa 1500 kelma kuljum, jew bejn 150 u 185 linji standard – xi kultant anke iktar, specjalment meta jkun test facli li ma’ jirrikjedix hafna ricerka. Uhud mit-tradutturi ghandhom mnejn ikunu kapaci jitraducu 2000 kelma kuljum – izda dan b’hafna xoghol wara l-hin. Meta test ikun kumpless u jirrikjedi arrangament bir-reqqa, il-produzzjoni ta’ gurnata jaf tkun ta’ 1200 kelma biss.Meta traduttur jaqbes sew dawn il-figuri meta joffri s-servizz tieghu, huwa kwazi mpossibbli li jwassal kwalità jew jipproduci traduzzjoni l tilqa l-aspettattivi tal-klijent.


  5. It-traduttur ghandu joffri l-klijent kampjun tat-traduzzjoni, bla hlas jew b’rata rhisa u ghandu jkun lest li juri referenzi.. Meta r-referenzi jigu provduti, huwa importanti li tiddistingwi bejn referenza jew dikjarazzjoni mahruga mill-kumpanija kollha u wahda fl-isem tal-persuna specifika li tahdem ghall-kumpanija. F’kaz ta’ dubju huma r-referenzi fl-isem tal-persuni biss li huma relevanti.


  6. Jista jinghata kont ukoll lil rakkomandazzjonijiet bil-fomm minn instituzzjonijiet ohra jew mill-klijenti.
  7. It-traduttur ghandu juri wkoll evidenza ta’ snin ta’ esperjenza professjonali.

Kapitlu ta’ qabel | Kapitlu li jmiss

Traduzzjonijiet

Servizz Express

Mistoqsijiet u Prezzijiet

Referenzi

Fil-Qasir

L-istampa Distributuri

Bla Kliem

Dwarna Impjieg Relazzjonijiet ma’ l-Investitur Termini u kondizzjonijiet generali Kuntatt
deutsch français italiano español english polski pyccкий brasil 中文 malti