Navigazzjoni tal-kontenut: tabella tal-kontenut - 1 - 2 - 3 - 4 - 5 - 6 - 7
Mistoqsija importanti: traduttur indipendenti, jew aġenzija tat-traduzzjoni?
Qabel inwieġbu din il-mistoqsija għandhom l-ewwel jissemmew xi punti ewlenin.
Meta nfittxu fornituri tas-servizz li joffru servizzi tat-traduzzjoni – kemm jekk jaħdmu għal rashom jew ma’ aġenzija – ta’ spiss jiġi magħmul l-istess żball. Ħafna klijenti jaħsbu li l-kwalità tal-fornituri tat-traduzzjoni hija kollha l-istess. Għalhekk meta jkollhom bżonn traduzzjoni, jikkuntatjaw numru ta’ tradutturi jew fornituri tas-servizzi lingwistiċi u dak bl-irħas prezz jiġi nkarigat bix-xogħol.
Minħabba li t-traduzzjoni tiġi dejjem magħmula minn persuna differenti, il-kwalita tvarja. Dan jaf iwassal għal inkonsistenza fit-terminoloġija. B’hekk il-klijent joffri stampa mhux ċara. Din it-terminoloġija inkonsistenti u l-istili varjati tal-kittieba jirriżulta f’nuqqas ta’ armonija fl-istampa preżenti. It-traduzzjoni tat-test huwa servizz speċjalizzat u individwali.. Għalhekk jekk tbiddel kontinwament it-traduttur jew il-fornitur tas-servizz tiegħek ma tistax tistenna konsistenza fil-livell tal-kwalità.
Dan ifisser li l-klijenti prospettivi kollha għandhom jingħataw pariri xierqa li jwasslu għal relazzjoni ta’ żmien twil mat-traduttur jew biex tinżamm ir-relazzjoni li diġa għandhom. Hekk it-traduttur għandu l-opportunità li jakkwista esperjenza waqt is-sħubija u dan jirriżulta f’testijiet ta’ kwalità aħjar.
Relazzjoni għal żmien twil tipprovdi t-traduttur bl-opportunità li takkwista kompetenza fit-terminoloġija u tagħrif tas-suġġett. Din tissimplifika l-proċessi tax-xogħol involuti u għalhekk il-klijent inaqqas it-telf ta’ ħin u spejjeż.
Punti importanti għall-għażla ta’ traduttur/aġenzija
tat-traduzzjoni huma:
| - | L-offerta tas-servizzi tat-traduzzjoni għandha tkun ta’ prezz standard fis-suq – jekk tiġi offrut dan is-servizz għal prezz irħis ħafna għandek tiddubita l-kwalità. |
| - | Tħarisx biss lejn il-prezz, iżda immira għal kwalità superjuri. Hawnhekk, kampjun tat-traduzzjoni jaf jgħinek fid-deċiżjoni tiegħek– din tista tinqara minn traduttur ieħor li tista toqgħod fuqu. |
| - | Għandek tiddeċiedi għal traduttur jew uffiċċju ta’ traduzzjoni li huwa fl-aħjar pożizzjoni biex jilqa l-aspettattivi tiegħek.Jekk għandek kwantità kbira ta’ dokumenti x’titraduċi jew għandek bżonn ħafna servizzi ta’ backup, agenzija kbira għandha mnejn tkun aħjar għalik. |
| - | Dejjem prova żomm relazzjoni ta’ terminu twil ma’ tradutturi tajbin. It-tradutturi huma individwi u għandek tqishom bħala individwi anke jekk is-servizzi tagħhom jaslulek permezz ta’ agenzija. |
| - | Tibdilx il-fornitur tiegħek bla bżonn u meta jkollok ħafna traduzzjonijiet x’tagħmel, innegozja kuntratt b’terminu twil. |
Tradutturi freelance
L-akkwist tas-servizzi ta’ tradutturi freelance huwa bla dubju ta’ xejn
l-aktar approċċ dirett.
Il-problema ewlenija hawnhekk hija li l-freelancers huma ġeneralment
kwalifikati f’kombinazzjoni ta’ lingwi waħda jew tnejn biss.
Il-klijenti għandhom ikunu avvżati biex iqisu b’mod skeptiku offerti
ta’ freelancers li jgħidu li għandhom kwalifikazzjonijiet f’sett ta’ aktar
minn lingwa waħda jew tnejn. Huwa rari li ssib traduttur li kapaċi jaħdem
b’numru kbir ta’ lingwi.F’dan il-każ jew ikun qed jibgħat id-dokument lil
ħaddieħor jew il-kwalità li jipproduċi ma tkunx waħda tajba.
F’kull avveniment, il-klijent prospettiv għandu jistaqsi lil dak it-traduttur
freelance li huwa interessat fih, biex jurih kwalifikazzjonijiet u/jew referenzi.
Il-klijent għandu jkollu polza ta’assigurazzjoni għal responsabiltà lejn
terzi persuni f’każ li relazzjoni tiegħu mat-traduttur ma tibqax tajba u
jiġi mħarrek għal xi ħsara.
F’każ ta’ dubju jaf ikun jaqbel li klijent jistaqsi għal evidenza ta’
l-assigurazzjoni tat-traduttur. Traduzzjoni ta’ rapport, referenza jew ċertifikat
tat-twelid għandha tiġi magħmula fuq bażi ta’ „traduzzjoni ċertifikata“
minn traduttur li jista jissejjaħ „traduttur kwalifikat“ sabiex din tiġi
rikonoxxuta bħala dokument uffiċċjali mill-awtoritajiet. F’każ ta’ dubju
il-klijent għandu jitlob it-traduttur biex juri l-kwalifikazzjonijiet tiegħu.
Tradutturi freelance huma addatati għal kumpaniji li għandhom volum
maniġibbli ta’ dokumenti għat-traduzzjoni, jew li għandhom dipartiment
intern għas-servizzi
tal-lingwi.
Dawn it-tradutturi għandhom ikollhom strument tal-memorja tat-traduzzjoni.
Il-klijent għandu dejjem jitlob it-traduttur biex jagħtih id-dejta
tal-memorja kurrenti, biex f’każ ta’ mard, id-dejta tiġi mogħtija lil
tradutturi ieħor.
Għandek tikkonsidra wkoll il-Künstlersozialkasse [Skema Ġermaniża ta’
l-assigurazzjoni soċjali għall-Artist].
Meta tinkariga tradutturi freelance jew kumpanija privata b’responsabbilità limitata (il-Ġermanja bil-forom legali ta’ GbR jew OHG per eżempju) , il-Künstlersozialkasse tiġi tħabbatlek il-bieb. Dan ma jiġrix fil-każ ta’ kumpanija pubblika b’responsabbilità limitata (GmbH jew AG) li tħallas is-sigurtà soċjali direttament u għalhekk il-klijent ma jħallasx iżjed mit-traduzzjoni li jkollu bżonn. Dan minħabba li t-tradutturi jiġu kkonsidrati bħala artisti mill-Künstlersozialkasse, u għalhekk il-klijenti tagħhom huma obbligati li jħallsu perċentaġġ tal-valur tax-xogħol lill-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ l-artisti. Fis-sena 2006 il-perċentaġġ kein ta’ 5.8% tal-prezz nett. Dawn il kontribuzzjonijiet għandhom jiġu mħallsa wkoll lil tradutturi mhux ibbażati lokali.
Kumpaniji u aġenziji tat-traduzzjoni
Sħubija ma’ kumpanija tat-traduzzjoni hija l-aktar irrikmandata għal kumpaniji li għandhom numru ta’ testi li għandhom jiġu tradotti f’diversi lingwi differenti f’numru kbir ta’ kombinazzjonijiet. Anke kumpaniji kbar ħafna drabi ma’ jkollhomx dipartiment tat-traduzzjoni intern jew ma jkollhomx biżżejjed riżorsi biex jinkludu il-kombinazzjonijiet kollha possibbli tal-lingwi. F’dan il-każ kumpanija tat-traduzzjoni toffri alternattiva.
Il-kumpaniji tat-traduzzjoni jaħtru maniġer tal-proġett biex jilħaq l-interess tal-klijent. Din il-persuni tamministra il-koordinazzjoni kollha tal-proġett, inkluż l-appuntar ta’ tradutturi addatati interni u esterni. Dan ikollu x’jaqsam ukoll ma’ l-allokazzjoni ta’ xogħol tas-sostenn li jrid isir permezz ta’ konsultazzjoni tal-klijent. Dan jinkludi ġeneralment id-diviżjoni tad-desktop publishing, jew xogħol ma’ l-aġenzija tar-reklamar jew kumpanija ta’ l-istampar tal-klijent.
L-akbar vantaġġ li taħdem ma’ kumpanija tat-traduzzjoni hija li t-traduzzjonijiet
jistgħu jiġu mwassla f’ħafna kombinazzjonijiet ta’ lingwi, b’numru
kbir ta’ tradutturi disponibbli.
Dan inaqqas it-telf ta’ ħin li l-klijent ikollu bżonn biex ifittex
fornitur tas-servizz kwalfikat.
Kif issemma hawn fuq, kumpanija tat-traduzzjoni ma’ toffrix biss traduzzjoni, iżda spettru wiesgħa ta’ servizzi addizzjonali, minn tfassil ta’ proġetti u konsultazzjoni sa copywriting u lokalizzazzjoni ta’ softwer. Joffru wkoll desktop publishing, skrutinju tal-lingwistika, ġabra flimkien ta’ listi tat-terminoloġija, servizzi ta’ glossarji u ħafna oħrajn.
Fatt ieħor importanti huwa li l-klijent li qed jagħmel it-traduzzjoni
ma jkollux spejjeż żejda forma ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà
soċjali. Hekk meta l-klijent jaċċetta t-traduzzjoni il-prezzijiet
ikunu trasparenti.
Fl-għażla ta’ kumpanija tat-traduzzjoni, il-klijent huwa avvżat
jiċċekkja, bħal fil-każ tat-traduttur freelance, li dak li se
jaħdem fuq id-dokument
tiegħu, għandu kwalifikazzjonijiet addatati u/jew referenzi tajbin.
Għandek ukoll tistaqsi għal konfirmazzjoni suffiċjenti bil-miktub
ta’ polza ta’ l-assigurazzjoni għar-responsabbilità lejn terzi
persuni.
Meta jkunu qed jaħdmu ma’ kumpanija tat-traduzzjoni, il-klijenti għandhom jużaw terminoloġija konsistenti.
Il-klijenti għandhom dritt li jordnaw il-kumpanija sabiex tinkariga l-istess tradutturi bix-xogħol tagħhom.
Kapitlu ta’ qabel | Kapitlu li jmiss

