ClaasColoplastContinentalElectroluxMärklinMANOTTOPriceWaterhouseCoopersSIXTStarbucksZDF

Fil-Qasir

  • Aħna naħdmu bi professjonisti esperjenzati sabiex niggarantixxu konsistenza fil-livell superjuri tat-traduzzjoni. Għalhekk naċċertawk li tirċievu traduzzjoni superjuri, kemm fl.-aspett fattwali kif ukoll stilistiku. B’żieda ma’ dan, is-servizz tal-qari tal-provi tagħna jassiguri l-kwalita tal-prodott lest.

  • Ikkuntatjana onlajn f’kull ħin bil-mistoqsijiet tiegħek (iżda anke bil-faks u bit-telefown). Aħna nwieġbuk immedjatament bl-offerta tagħna għalik. Jekk teħtieg informazzjoni speċifika, it-tim tagħna huwa disponibbli bejn it-9 ta’filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija.

  • Is-sigurtà tad-dejta tiegħek huwa importanti għalina. Għalhekk noffru l-opportunità ta’ trasferenza tad-dejta bil-kowd SSL. Jekk tixtieq, niżviluppaw ukoll arkivju assigurat bit-testi tiegħek. Dan inaqqas ukoll l-ispejjez jekk wara perjodu ta’ żmien teħtieġ modifikazzjoni ta’ l-istess testi.

  • Aħna noffru kondizzjonijiet attrattivi għal klijenti li jissottomettu ordnijiet regolari tat-traduzzjoni. B’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tat-traduzzjonijiet tiegħek. Jekk meħtieġ, nipprovdu wkoll maniġers tal-proġett għal kuntatt dirett miegħek. B’hekk il-proġetti tiegħek ikunu jistgħu jiġu mfassla aħjar.

Aħna naħdmu bil-formati attwali kollha (PC u Mac) u t-traduzzjoni lesta tiegħek tiġi trasferita fil-forma li tixtieq. Aktar informazzjoni dwar dan tinsab taħt “Sistemi u Formati”. Flimkien ma’ l-isħab kooperattivi tagħna kapaċi nipprovdu assistenza komprensiva sal-mument ta’l-istampar tad-dokument tradott finali tiegħek.