ClaasColoplastContinentalElectroluxMärklinMANOTTOPriceWaterhouseCoopersSIXTStarbucksZDF

Ċaħda

1. Kontenut tal-Websajt
L-Awtur jagħmel kull sforz biex jagħti informazzjoni korretta fuq din il-websajt. Iżda ma tingħata ebda garanzija li l-informazzjoni f’din il-websajt hija kompluta jew eżatta u għalhekk l-awtur ma jaċċettax responsabbiltà għal kwalunkwe preġudizzju, telf jew ħsara li jaf iseħħ mill-użu ta’ l-informazzjoni li qed tidher fiha.

2. Referenzi u Privatezza
Il-permess għall-materjal ta’ websajts oħra li għandhom link ma’ din il-websajt iridu jiġu mitluba mingħand l-awturi ta’ dawn l-istess websajts.
Ma tinżamm l-ebda informazzjoni personali sakemm din ma tiġix provduta volontarjament. L-awtur għandu d-dmir li jirrispetta u jipproteġi kull informazzjoni personali li tinġabar. L-awtur jieħu s-salvagwardji kollha neċessarji kontra kull aċċess mhux awtorizzat għad-dettalji miġbura, u ma jgħaddix dawn id-dettalji lil terzi persuni.

3. Drittijiet ta’ l-Awtur
Id-drittijiet tal-materjal kollu ta’ kull parti ta’ din il-websajt huma tal-kumpanija ITS International Translation Services GmbH . Kull referenza għall-websajt għandha tingħata sħiħa u mingħajr tibdil, jiġifieri bl-isem ta’ l-awtur u tal-websajt elettroniku, kif ukoll bid-data ta’ l-aċċess. L-ebda parti mill-websajt ma tista’ tkun riprodotta jew ikkupjata b’mod elettroniku mingħajr il-permess meħtieġ ta’ l-awtur. Jekk tirrikjedi dan il-permess għandek tikkuntattjana Il-permess għall-materjal ta’ websajts oħra li għandhom link ma’ din il-websajt iridu jiġu mitluba mingħand l-awturi ta’ dawn l-istess websajts.

Termini u kondizzjonijiet ġenerali

ITS International Translation Services GmbH

Aġġornati 01.12.2002

1. Ġenerali

It-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali tal-ITS International Translation Services GmbH jagħmlu parti mit-termini tal-kuntratt. Dawn il-kondizzjonijiet jiġu aċċettati mill-konsumatur fl-assenjazzjoni tal-kuntratt u japplikaw għad-dewmien kollu tal-proċess ta’ l-ordni. Jekk it-termini u l-kondizzjonijiet tal-konsumatur ma jaqblux ma’ dawn it-termini u kondizzjonijiet ġenerali, it-termini u l-kondizzjonijiet tal-klijent jiġu kkonsidrati bħala invalidi.

2. Ordnijiet

Il-klijenti jagħmlu ordni ta’ traduzzjoni fil-forma elettronika permezz ta’ terminal tal-kompjuter jew metodu ieħor. Hawn għandhom jindikaw il-lingwa mira, is-suġġett u l-erja ta’speċjalizzazzjoni tat-test li għandu jiġi tradott. Għandhom ukoll l-opportunità li jsemmu l-għan ta’din it-traduzzjoni. Din hija ta’ importanza partikolari jekk it-test tradott jkun se jiġi ppubblikat u użat għal skopijiet pubbliċitarji, minħabba li dan jirrikjedi arranġament speċifiku kif ukoll prezz għola jekk iktar xogħol ta’ traduzzjoni jkun meħtieġ.

Ħtieġa ta’ terminoloġija speċifika għal traduzzjoni fuq il-parti tal-klijent tiġi kkunsidrata biss permezz ta’ konsultazzjoni minn qabel u meta d-dokumenti relevanti (kampjuni ta’ testi u glossarji) jiġu provvduti.

Għandu jsir ftehim sabiex il-klijent jipprovdi d-dokumenti ta’ sostenn għat-traduzzjoni, fil-forma standard ta’ DIN 2345.

Il-perjodu ta’żmien li fih issir it-traduzzjoni jiġi stipulat mill-klijent. Il-ħinijiet jikkorrespondu mal-Ħin Ċentrali ta’ l-Ewropa. Devjazzjoni sa’ 25% minn dan il-ħin hija permessa minn ITS International Translation Services GmbH jekk it-test għat-traduzzjoni jkun twil ħafna, ta’ diffikultà partikolari, jekk il-lingwa mira ma tkunx lingwa uffiċċjali tal-pajjiż jew minħabba raġunijiet oħra relevanti.

Meta t-test jintbgħat lil klijent issir konfirmazzjoni bil-miktub jew bil-posta elettronika. Għandu dejjem ikun hemm konfirmazzjoni mill-ITS International Translation Services GmbH biex ordni tiġi meqjusa bħala magħmula.

ITS International Translation Services GmbH  mhix responsabbli għal dewmien jew nuqqas ta’ kwalità fix-xogħol li jirriżulta minn traduzzjoni mhux eżatta u mhux kompluta, jew żbalji fil-kliem tat-test tas-sors.

ITS International Translation Services GmbH  għandu d-dritt li jirrifjuta traduzzjoni ta’ testi b’kontenut kriminali jew testi b’vjolazzjoni ta’ morali tajba jew b’nuqqas ta’ diċenza, anke wara l-konfirmazzjoni tad-dokument.

3. Ħidma ta’ terzi persuni

ITS International Translation Services GmbH  toffri servizz ta’ traduzzjoni lil klijenti madwar id-dinja kollha, l-aktar permezz ta’ l-Internet. Fix-xogħol tat-traduzzjoni ikunu nkarigati tradutturi independenti. Il-kumpanija hija responsabbli biss għal selezzjoni bir-reqqa.

Il-ftehim isir bejn il-klijent u ITS International Translation Services GmbH . Kuntatt bejn il-klijent u t-traduttur ikkummissjonat jirrikjedi l-kunsent ta’ ITS International Translation Services GmbH .

4. Prezzijiet

Il-kwotazzjonijiet u l-prezzijiet kollha huma soġġetti għall-bidla. Il-prezzijiet huma bl-Ewro, sakemm ma tiġix stipulata moneta oħra. Il-prezzijiet kollha msemmija fil-kwotazzjonijiet lill-utenti huma netti, biż-żieda tar-rata legali kurrenti tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Il-kwotazzjoni minn ITS International Translation Services GmbH issir għal klijenti kummerċjali.

ll-kumpanija għandha dritt li tagħmel tibdil fil-lista tal-prezzijiet u fil-prezzijiet tal-programm tal-kalkulazzjoni tal-prezz.

Għandu mnejn ikun hemm varjazzjoni sa 15% fil-kwotazzjoni tal-prezz, li jiddependi fuq il-kombinazzjoni tal-lingwi kif ukoll fuq il-grad tad-diffikultà u l-erja ta’ speċjalizzazzjoni tat-test sors. Għandna dritt li nżidu l-ispejjeż addizzjonali. Il-klijent jiġi nfurmat bi spejjeż addizzjonali fil-konfirmazzjoni ta’ l-ordni. Il-klijent jaċċetta li differenzi fil-prezz bejn il-valur attwali fl-invojs u l-prezz ikkalkulat fil-programm tal-kalkulazzjoni tal-prezz huma permessi sa’ l-ammont ta’ 3%.

5. Data tat-twassil

Id-dati tat-twassil huma speċifikati lill-klijent skond l-aħjar tagħrif u twemmin tagħna. Id-dati tat-twassil huma stimi biss u t-twassil ikun sar biss meta ssir verifikazzjoni li t-traduzzjoni tkun saret.

6. Kanċellament

Il-klijent għandu dritt iwaqqaf it-traduzzjoni f’kull waqt. L-ispejjeż sa’ dak il-mument ikollhom jiġu mħallsa skond kemm ikun sar xogħol, fuq bażi pro-rata. Meta x-xogħol tat-traduzzjoni mal-ITS International Translation Services GmbH ikun beda, il-valur ta’ l-ordni għandu jiġi mħallas ta’ l-anqas bin-nofs.

7. Inkomodu, diżastri naturali, għeluq ta’ negozju, żbalji fin-netwerk u fis-server, vajrusis

Ma titieħed l-ebdà responsabiltà għal telf imġarrab minħabba inkomodu tan-negozju, b’mod partikolari diżastri naturali u konġestjoni tat-traffiku, żbalji fin-netwerk u server, inkomodu f’ċirkwiti oħra u fit-trasmissjoni u ħsarat oħra, li l-kumpanija ma tistax tagħti rendikont għalihom. F’dawn il-każi ta’ eċċezzjoni, ITS International Translation Services GmbH jista jirtira kompletament jew parzjalment mill-kuntratt. Din tapplika wkoll jekk għal xi raġuni partikolari in-negozju, speċjalment is-servizz onlajn, ikollu jiġi mwaqqaf jew limitat għal xi perjodu ta’ żmien.

Ma titieħed l-ebda responsabiltà għal telf imġarrab minn vajrusis. Il-kompjuter (netwerks, stazzjonijiet tax-xogħol, programmi, fajls, eċċ) jiġi ċċekkjat regolarment kontra vajrusis. Fil-kunsinna ta’ fajls, EDI jew xi forma oħra ta’ trasmissjoni tad-dejta mill-bogħod, il-klijent huwa responsabbli għall-iċċekkjar finali tal-fajls u testi trasmetti minħabba l-possibiltà ta’ vajrusis. Talb għal danni bħal dawn ma jkunx rikonoxxut.

8. Ilmenti

Jekk il-klijent ma jibgħatx l-ilment bil-miktub f’temm ta’ 14-il jum fejn isemmi d-defiċjenza tat-traduzzjoni, it-traduzzjoni tiġi meqjusa bħala korretta, kif imsemmi fil-kuntratt. Wara dan il-perjodu ta’żmien il-klijent ma jkollux dritt jilmenta.

9. Emendi

Jekk it-traduzzjonit issir differenti mill-ftehim meħud, il-klijent għandu d-dritt li jordna emendi sa’ perjodu ta’ żmien raġonevoli. ITS International Translation Services GmbH jagħmel l-emendi meħtieġa f’dan iż-żmien stipulat, jekk ikun wieħed raġonevoli.

Wara din id-data, il-klijent jista jitlob kanċellazzjoni tal-kuntratt jew tnaqqis fil-ħlas jekk id-defiċjenza ma tiġix mibdula fiż-żmien. F’każ ta’ kanċellament tal-kuntratt, id-drittijiet kollha għat-traduzzjoni jsiru proprjetà tal-ITS International Translation Services GmbH .

Il-klijenti ma jistgħux jitolbu emendi jekk id-defiċjenza tkun saret mill-klijenti nfushom, per eżempju, b’informazzjoni inkorretta u mhux kompluta jew testi tas-sors mhux eżatti.

10. Dewmien fit-twassil, impossibiltà, kanċellament u kumpens

Jekk ma jkunux jistgħu jintleħqu l-obligazzjonijiet, il-klijent għandu dritt li jtemmi il-kuntratt biss jekk id-data ta’ skadenza miftehma tiġi mtawwla bla raġuni u data ta’ skadenza ġdida tiġi stipolata permezz ta’ komunikazzjoni elettronika jew bil-miktub.

M’aħniex responsabbli għal dewmien fit-twassil u nuqqas ta’ eżekuzzjoni kif ukoll għal aġenti mhux serji fil-kommunikazzjoni kummerċjali.

Ilmenti ta’ responsabiltà f’komunikazzjoni kummerċjali u mhux kummerċjali f’każ ta’ negliġenza bi spejjeż żgħar u negliġenza hija limitata għal valur doppju ta’ l-invojs għall-kunsinna jew servizz bil-ħsara sa ammont massimu ta’ 10.000 Ewros. Il-limitu tar-responsabiltà fil-komunikazzjoni kummerċjali tiġi mnaqqsa sa’ terz, jekk il-klijent ikun assigurat kontra l-ħsarat li saru.

Jekk il-klijent ma jispeċifikax l-iskop tat-traduzzjoni fil-formula ta’ l-ordni, partikolarment jekk din tkun ser tiġi ppubblikata jew użata għal skopijiet pubbliċitarji, dan ma jkunx jista jitlob kumpens għal ħsarat li jsiru. Jekk it-test ma jkunx addattat għall-iskop tiegħu, il-pubblikazzjoni jew ir-reklam għandu jiġi miktub mill-ġdid minħabba traduzzjoni mhux adekwata. It-test għandu mnejn ikun ta’ ħsara jew telfa għar-reputazzjoni tal-kumpanija.

ITS International Translation Services GmbH  mhix responsabbli għal ħsara li ssir jekk klijent ma jispeċifikax li t-traduzzjoni għandha tiġi stampata u ma jipprovdix prova lil ITS International Translation Services GmbH qabel l-istampar u l-istampar isir mingħajr stqarrija expressbil-miktub.

11. Ċessjoni/ Tħejjija ta’invojsis/dritt ta’ ritensjoni

Iċ-ċessjoni tad-drittijiet tal-kuntratti fuq il-parti tal-klijent tirrikjedi ftehim bil-miktub mill-ITS International Translation Services GmbH .

Il-klijent jista jagħmel ilment biss jekk dan ikun legali u mhux disput. Il-klijent għandu dritt ta’ ritensjoni fuq l-akkont ta’ lmenti oħra bħal dawn li jirriżultaw minn relazzjoni kuntrattwali.

12. Kondizzjonijiet tal-ħlas

It-traduzzjoni għandha tiġi mħallsa immedjatament wara t-tlestija tagħha. L-ammont fl-invojs għandu jiġi mħallas permezz ta’ transazzjoni bankarja fuq il-kont imsemmi fl-invojs.

Għal ordnijiet b’perjodu ta’ żmien itwal minn erbà ġimgħat, jiġi maħruġ invojs kull xagħar għax-xogħol lest sa’ dak iż-żmien.

13. Dispaċċ, Trasmissjoni

Id-dispaċċ u t-trasmissjoni elettronika tat-traduzzjoni jiġi normalment magħmul fil-fergħa li tkun qed tipproċessa d-dispaċċ. Dan isir b’riskju għall-klijent.

ITS International Translation Services GmbH  mhix responsabbli għal defiċjenza li ssir waqt it-trasmissjoni jew telf ta’ test kif ukoll għal ħsara u telf waqt it-trasmissjoni elettronika.

14. Protezzjoni tad-data/Segretezza

Minħabba komunikazzjoni elettronika bejn il-klijent, ITS International Translation Services GmbH u t-tradutturi, ma tistax tingħata garanzija ta’ protezzjoni assoluta tas-sigrieti tal-kumpanija u data oħra kunfidenzjali tal-klijent.

15. Drittijiet ta’ Propjetà Intellettwali

ITS International Translation Services GmbH  jieħu ħsieb li l-klijent iżomm id-drittijiet esklussivi ta’ l-użu tat-traduzzjoni. Il-kumpanija teżenti l-klijent mill-ilmenti tar-responsabiltà kollha magħmulin mit-traduttur.

Iżda drittijiet ta’ l-użu jiġu mgħotija lill-klijent biss wara li jiġi milqugħ it-talb kollu tal-ħlas mir-relazzjoni kunċettwali.

Il-klijent jagħti garanzija lill-ITS International Translation Services GmbH li hu għandu d-drittijiet kollha għat-test tat-traduzzjoni u li hu awtorizzat li jissottometi t-test għat-traduzzjoni. Hekk ITS International Translation Services GmbH u t-traduttur ikun eżenti mill-ilmenti kollha tar-responsabiltà.

16. Protezzjoni tad-dejta

ITS International Translation Services GmbH, skond § 33 fir-Regolament għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Ġermanja, jaċċerta li dejta relatata ma’ persuna fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiġi miżmuma, użata u proċessata fuq mezz ta’ dejta. Meta l-kumpanija tagħmel użu minn terzi persuni fil-proviżjoni tas-servizzi offruti, ITS International Translation Services GmbH għandu dritt jagħti dejta tal-klijent jekk din tkun ta’ bżonn għall-protezzjoni tan-negozju jew għall-ipproċessar ta’ l-ordni. Il-klijent għandu jaqbel ma’ dan.

17. Liġi li tapplika u l-post tal-Ġurisdizzjoni

Ir-relazzjoni kunċettwali u transazzjonijiet oħra tan.negozju bejn ITS International Translation Services GmbH u l-klijent huma soġġetti għall-liġi Ġermaniża, bl-esklużjoni tal-liġi tal-bejgħ internazzjonali. Jekk ikun permess, il-kwartieri ġenerali ta’ ITS International Translation Services GmbH li jinstabu fil-Belt ta’ Freiburg fil-Ġermanja, isiru l-post tal-ġuridizzjoni għaż-żewġ partijiet f’każ ta’ argumenti.

18. Effett

F’każ ta’nuqqas ta’effett fil-bidù jew aktar tard ta’terminu wieħed jew iktar minn wieħed, il-validità tat-termini u kondizzjonijiet oħra ma jiġux affettwati. Klawsola valida oħra għandha mbagħad tiġi miftehma għal skopijiet legali u kummerċjali. L-istess għandu japplika f’każ ta’ defiċjenza regolatorja.

19. Bidla ta’ termini u kondizzjonijiet

Il-klijent jiġi nfurmat bil-miktub dwar xi bidliet f’termini u kondizzjonijiet. Dawn jiġu kkonsidrati bħala approvati jekk il-klijent, sa ġimgħatejn wara n-notifikazzjoni, ma jurix nuqqas ta’ ftehim bil-miktub.