Traduzzjonijiet professjonali minn finetext GmbH
finetext GmbH u l-klijenti tagħhom jieħdu ħsieb li jimpjegaw tradutturi bl-esperjenza u kwalifikati għat-traduzzjoni tad-dokumenti. Għalhekk hija l-obbligazzjoni u l-priorità tagħna li jkunu l-aħjar tradutturi biss li jaħdmu magħna. It-tradutturi tagħna għandhom jilħqu l-istandards imsemmija hawn taħt biex jaħdmu mal-finetext.
| 1. | It-tradutturi għandhom ikollhom mhux inqas minn sebgħa snin esperjenza fit-traduzzjoni. |
| 2. | It-tradutturi għandhom ikunu jistgħu jipprovdu ċertifikat ta’ kwalifikazzjoni minn instituzzjoni rikonoxxut nazzjonali. |
| 3. | It-tradutturi għandhom ikunu kelliema nattivi tal-lingwa mira li jkunu qed jittraduċu fiha |
| 4. | It-tradutturi għandhom juru evidenza ta’ esperjenza fl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom |
| 5. | it-tradutturi għandhom jipprovdu mhux inqas minn għaxar referenzi verifikabbli relatati ma’ traduzzjonijiet mixtrija. |
finetext timpjega maniġers tal-proġetti li huma dejjem lesti li jwieġbu xi mistoqsijiet li jista jkollok għal kull daqs ta’ proġett. Il-maniġer tal-proġett jiggarantixxi kwalità tal-proġetti. Dan jagħmel minn kollox biex ilesti l-proġett għas-sodisfazzjon tal-klijent.
Waqt il-proċess tat-traduzzjoni dawn ikunu ta’ kuntatt dirett għal mistoqsiji u kummenti kollha li tindirizza lilhom.
Meta tissotometti proġetti tat-traduzzjoni lil finetext, il-maniġer tal-proġett relevanti għandu pjaċir jiddiskuti miegħek il-mod ta’ kif aħna nikkalkulaw id-data tat-twassil tagħna.
Jista wkoll jikkomunika miegħek xi possibiltà ta’ barrieri fil-lingwa li wieħed jista jiltaqa magħhom fil-konverżjoni ta’testi f’lingwi differenti.
Qabel ma tkun bdiet it-traduzzjoni għandek id-dritt ta’terminazzjoni tal-proġett f’kull ħin. Aħna naċċertawk ukoll li d-data ta’ skadenza mogħtija lill-proġetti dejjem jiġu milqugħa.
finetext tħaddem ukoll sistemi tagħha għal maniġement ta’ proġetti billi tagħmel użu mill-possibilitajiet kollha biex tisfrutta s-servizz u l-proċessi bejn il-kumpanija u l-klijent.
Nixtiequ nsemmu wkoll li finetext toffri traduzzjonijiet fil-ħin u ta’ kwalità superjuri bi prezz ta’ bejn wieħed u ieħor 20% irħas minn dawk tal-kompetituri tagħha.
Jekk jogħġbok iċċekkja l-prezzijiet tagħna u itlobna kwotazzjoni llum għall-proġett tat-traduzzjoni tiegħek, bla obbligazzjoni ta’ xejn.