ClaasColoplastContinentalElectroluxMärklinMANOTTOPriceWaterhouseCoopersSIXTStarbucksZDF

Lokalizzazzjoni u traduzzjoni ta’ websajts

Żviluppajt websajt tiegħek u ħaditlek ħafna żmien minħabba xogħol ta’ navigazzjoni, drittijiet ta’ l-awtur u termini tal-ħlas.

Hallast flejjes kbar lill-esperti tal-marketing onlajn biex tassiguri li l-websajt tiegħek tiġi miżjura aktar drabi minn websajts oħrajn.

Inti kapaċi li twassal il-prodotti tiegħek f’kull post tad-dinja, iżda tirċievi ordnijiet minn pajjiżek biss. Fil-magni tat-tfittix tinsab l-ewwel fil-lista ta’kull pajjiż.

Għaliex mela ma jkollokx iktar ordnijiet minn pajjiżi barranin?

It-tweġiba hija sempliċi. Jekk trid tbigħ il-prodotti jew is-servizzi tiegħek fi swieqi barranin għandek tkun kapaċi titkellem il-lingwa tagħhom. Il-klijenti potenzjali tiegħek għandhom mnejn isibu l-websajt tiegħek, iżda minħabba li ma jifhmux x’qed toffri, jduru lejn il-fornitur lokali.

Traduzzjoni faċli ta’ websajts

Bla dubju qed tirrealizza kemm traduzzjoni tal-websajt tiegħek tiġbed aktar klijenti u kemm tiġġenera aktar profitt. Għal din ir-raġuni qiegħed taqra din il-websajt bħalissa.
Aħna naħdmu għall-benefiċċju tiegħek.

Kull m’għandek tagħmel hu li tibgħatilna l-fajls oriġinali. Dawn jiġu tradotti u nibgħatuhom lura lesti għall-pubblikazzjoni fuq l-Internet. Bil-provvista ta’ traduzzjoni superjuri tal-websajt tiegħek, inżidu s-suċċess tiegħek onlajn.

Traduzzjoni u lokalizzazzjoni

It-tradutturi tagħna jiproċessaw il-fajls oriġinali tiegħek u mhux biss jassiguraw li l-paġni jiġu tradotti bi standards għoljin, iżda anke li l-kontenut jiġi lokalizzat. It-tradutturi tagħna mill-pajjiż tal-lingwa mira relevanti huma, bla dubju, responsabbli għall-lokalizzazzjoni tal-paġni.Huma jafu l-klijenti lokali u jassiguraw li l-websajt tiegħek tiġi arranġata skond il-pajjiż tal-lingwa mira.

Hawn taħt issib eżempju sempliċi ħafna tal-lokalizzazzjoni tal-lingwa Ingliża:

Fejn issib l-oġġetti magħżula tiegħek meta tixtri onlajn?

  • American English: Shopping Cart
  • British English: Shopping Basket

Din id-differenza żgħira jaf tkun deċiżiva meta l-klijent jiġi biex ikompli jew iwaqqaf it-transazzjoni tax-xiri tiegħu. F’sitwazzjoni bħal din, traduzzjoni awtomatika ma tkunx utli għalik - iżda dik minn traduttur professionali.

B’liema formati nistà naħdem?

Il-websajts jużaw numru kbir ta’ dokumenti f’diversi formats differenti. Sabiex inkunu nistgħu nitraduċu l-websajt tiegħek, ikollna bżonn il-fajls oriġinali biss. S’issa ma kien hemm xejn li ma stajniex niproċessaw, iżda dejjem jaf tkun l-ewwel darba. Għalhekk hawn taħt issib lista ta’ l-aktar formati komuni:

  • HTML
  • XHTML
  • XML
  • JAVA
  • FLASH
  • CSS
  • ASP

Meta x-xogħol ikun lest nibgħatulek il-websajt tradotta – lesta għall-pubblikazzjoni fuq websajt lokalizzata.

It-traduzzjoni tal-websajt tiegħek tiġi mħejjija minn tradutturi kwalifikati li jispeċjalizzaw fis-suġġett relevanti u li għandhom esperjenza fil-qasam tal-marketing, għall-assigurazzjoni ta’ eżattezza fit-traduzzjoni tad-dokument tiegħek.

It-traduzzjoni tagħna tiġbed aktar nies lejn il-websajt tiegħek – bl-għajnuna tas-servizz tal-promozzjoni multilingwali tal-websajt tagħna.