ClaasColoplastContinentalElectroluxMärklinMANOTTOPriceWaterhouseCoopersSIXTStarbucksZDF

Traduzzjonijiet mediċi

It-traduzzjoni ta’ dokumenti mediċi u farmaċewtiċi huwa qasam ta’ għarfien tekniku ta’ speċjalizzazzjoni għolja. Tradutturi bi kwalifikazzjonijiet addatat biss għandhom jiġu mogħtija dan ix-xogħol.

Għal din ir-raġuni ninkarigaw biss tradutturi professjonali li studjaw il-mediċina jew inkella dawk li jaħdmu f’oqsma relatati, għandhom esperjenza fis-settur mediku relevanti u għandhom kwalifikazzjoni lingwistiċi. Il-kwalità tax-xogħol ta’ dawn it-tradutturi ikunu soġġetti għal reviżjoni fid-dettall.

Għalfejn jiġu t-traduzzjonijiet mediċi mħejjija biss minn tradutturi kwalifikati f’dak is-settur ta’ mediċina?

Hawnhekk il-kompetenza f’lingwa barranija mhux biżżejjed. Aħna kollha nifhmu l-Ingliż, jew? Is-sentenzi li ġejjin huma minn dokument mediku bl-Ingliż:

Other epithelial cells in the crypts correspond largely to those in the epithelium of the intestinal villi.
The most serious complication following esophagectomy and conventional intrathoracic esophagogastrostomy is anastomotic leakage, which contributes to both a high mortality and morbidity postoperatively.

Fhimt kollox?
Aspett essenzjali fit-traduzzjoni huwa li tifhem id-dokument fil-lingwa oriġinali. Traduttur jaf ikollu kompetenza eċċellenti fil-lingwa, iżda jekk ma jkunx jifhem din it-terminoloġija medika ma jkunx kapaċi jagħmel traduzzjoni tajba ta’dawn id-dokumenti. Dan minħabba li t-terminoloġija ta’ testi mediċi u xjentifiċi hija speċifika mmens. F’testi mediċi bil-Ġermaniż it-terminu „Anamnese“ huwa komuni ħafna. F’pajjiżi fejn l-Ingliż hu mitkellem, „case historyof a patient“ tiġi użata minflok dan it-terminu. Għalhekk it-traduttur ma jistax joqgħod biss fuq it-traduzzjoni tal-kelma li tinsab fid-diżżjunarju.

Dokumenti tekniċi xjentifiċi huma miktuba bi stil tipiku speċjali. Jekk it-tradutturi iżommu l-istess stil tal-lingwa sors meta jitraduċu fil-lingwa mira, dan id-dokument jaf jirriżulta fi traduzzjoni stramba. Għalhekk huwa importanti li t-traduttur ikun kwalifikat kemm fiż-żewġ lingwi, kif ukoll fil-qasam ta’ l-għarfien tekniku tiegħu. Għandu jkun kapaċi wkoll jitraduċi d-dokument fl-istil tekniku użat fil-pajjiż fejn din il-lingwa hija mitkellma.
Noffru tradutturi ta’ kull lingwa- anke għal dokumenti b’kontenut dwar xi suġġett speċifiku.